Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60509
Title: Id-djalogi ta' Dun Anton Xiberras
Authors: Pirotta, Manoel
Keywords: Xiberras, Anton, 1922-2006
Catholic Church -- Malta -- Naxxar -- Clergy -- Biography
Agius De Soldanis, Gio Pietro Francesco, 1712-1770
Dialogues
Preca, Annibale, 1832-1901
Taylor, Richard, 1818-1868
Imaginary conversations
Short stories
Issue Date: 2019
Publisher: Naxxar : Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja
Citation: Pirotta, M. (2019). Id-djalogi ta' Dun Anton Xiberras. Festa [Marija Bambina, Naxxar], 2019, 125, 128-129, 132-133
Abstract: Għal min ma kellux ix-xorti li jattendi għat-tieni serata mużiko-letterarja tat-22 ta’ Mejju, li fiha trattajna sitt djalogi oħra mill-pinna ta’ Dun Anton Xiberras, hawnhekk qed inġib siltiet minn dit-taħdita għall-benefiċċju tal-qarrejja ta’ dal-artiklu. L-ewwel taħdita kienet saret il-Ġimgħa, 22 ta’ Frar, fl-anness tal-knisja parrokkjali, fejn ippreżentajt l-ewwel sitt djalogi, uħud minnhom f’forma poetika, b’rabta mal-Milied. Iż-żewġ taħditiet kienu organizzati mill-Għaqda Wirt Kulturali Naxxari. Fit-tieni taħdita li ttellgħet fis-sala 8 ta’ Settembru tal-Għaqda Mużikali ‘Marija Bambina’, Banda Vittorja, ippreżentajt aktar djalogi ħelwin u umoristiċi minn tal-qassis-poeta Naxxari bil-għajnuna tal-atturi Joe Borg, Leo Bartolo, Tonio Vella, u Rachel Paris, u bis-sehem ukoll ta’ studenti-mużiċisti, membri tal-University of Malta ‘Ġ.F. Abela’ Junior College Orchestra, li daqqew siltiet ferm adattati fuq il-kitarra, il-klarinett, u l-pjanu. Għall-futur qarib hemm il-ħsieb li tittella’ t-tielet serata b’aktar djalogi tiegħu, fosthom ‘Id-Dar Knisja Żgħira’, bejn żewġ għarajjes, miġjub għall-Malti mill-ktieb ‘Famiglia, Piccola Chiesa’ ta’ Carretto, li jiena sibt fil-bullettin parrokkjali Ġiljaniż, ‘Xaqq Dawl’ tal-1949, u ‘Wara d-Dnub ... l-Indiema’, djalogu mistħajjel pjuttost twil bejn Ġiljan u martu Margerita, tal-1997. Dun Anton għandu wkoll monologu, ‘Kelmtejn lil Ġaħan’, li skont id-‘Djarju tal-Gwerra’, kien ixxandar fuq ir-Rediffusion fil-programm ‘Nofs Siegħa għat-Tfal Maltin’ fit-22 ta’ Frar tal-1944.
Description: This article includes the following images : Annibale Preca - De Soldanis - Dun Anton Xiberras - Dun Anton Xiberras (Firma) - Rikkard Taylor
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60509
Appears in Collections:Scholarly Works - JCMus



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.