Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60529
Title: Soltitudni fir-ramla : poeżiji
Other Titles: Daħla kritika ta' Oliver Friggieri
Authors: Borg, Ġorġ
Friggieri, Oliver
Keywords: Borg, Gorg, 1946- -- Criticism and interpretation
Maltese poetry -- 20th century
Maltese literature -- 20th century -- Criticism and interpretation
Issue Date: 1978
Citation: Borg, Ġ, & Friggieri, O. (1978). Soltitudni fir-ramla : poeżiji/ Daħla kritika ta' Oliver Friggieri. Malta
Abstract: Wara li r-romantiċiżmu fittex li jbiddel il-kriżi personali f'rebħa illużorja, f'dinja idillika ġewwiena ( i.e. differenti ħafna mill-idillju aljenat ta' l-Arkadja u movimenti oħrajn li aktar tnebbħu minn gosti barranin milli minn ħtiġiet spiritwali) li hi l-ħin kollu in fieri, miexja infinitament lejn l-irrazzjonali hieni, min-naħa l-oħra l-istess romantiċiżmu fittex li jasal għal definizzjoni tal-persunalità, għall-wetqa kburija tal-jien singulari u kollettiv. L-individwu, bħala l-annimal distint mill-bqija bis-saħħa ta' identità emotiva (jiġifieri ħallieqa f'dan il-kuntest), u l-individwu gruppista, in-nazzjon kollu li jibni lilu nnifsu skond kontenut komuni għaċ-ċittadini u f'konfront ma' nazzjonijiet distin.ti oħrajn: dawn huma ż-żewġ entitajiet, riflessi ta' xulxin li, minkejja t-taqlib spiritwali, isibu identità stabbli tagħhom infushom fdak li jifhmu li huma u f'dak li joħolmu li jistgħu jkunu ( id-djalettika reali - ideali). Hu s-sentiment, kontra l-impożizzjoni tar-raġuni iebsa u matematikament eżatta u predifinita, li jrodd il-persunalità bħala sett ta' qawwiet li joħolqu u li jagħżlu lill-wieħed mill-ieħor, lill-persuna mill-oħra u lill-ġens mill-ieħor.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60529
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Soltitudni_fir_ramla.pdf6.85 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.