Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62346
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-10-21T09:40:55Z-
dc.date.available2020-10-21T09:40:55Z-
dc.date.issued2019-
dc.identifier.citationMonreal, K. (2019). Ir-registru tat-tqala u tal-hlas (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62346-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin it-teżi hija mqassma fi tliet kapitli. L-ewwel kapitlu jittratta x-xogħlijiet lijitkellmu dwar it-tqala u l-ħlas, u huwa maqsum fi tnejn. L-ewwel taqsima tagħti ħarsa lejn xogħlijiet informattivi dwar it-tqala u l-ħlas. F’dawn ix-xogħlijiet insibu kotba li huma miktubin għall-istudenti li jridu jsiru qwiebel u għalhekk għandhom funzjoni didattika, u nsibu kotba oħrajn li huma indirizzati għall-ommijiet, sabiex jedukawhom kif għandhom irabbu lil uliedhom peress li żmien ilu n-nuqqas ta’ iġjene kien qiegħed iwassal għal ħafna mwiet tat-trabi. It-tieni taqsima tittratta s-superstizzjonijiet, iddrawwiet u t-tradizzjonijiet marbuta mat-tqala u mal-ħlas. F’din it-taqsima naraw kif flantik, in-nies kienu jassoċjaw it-tqala u l-ħlas mal-qaddisin u mat-talb, mal-qamar u mal-ħaxix, fost l-oħrajn. Fit-tieni kapitlu nippreżenta l-metodoloġija li użajt sabiex ġbart it-termini u linformazzjoni li kelli bżonn biex nindirizza l-għanijiet tal-istudju. F’dan il-kapitlunitkellem dwar l-għażla tas-sorsi li minnhom nislet it-termini u l-informazzjoni. Nitkellem ukoll dwar l-għażla ta’ dawn it-termini u kif fassalt il-mistoqsijiet għallintervisti. Niddeskrivi l-intervisti strutturati, nispjega l-mistoqsijiet fid-dettall, u nitkellem fuq l-għażla tal-parteċipanti. Ma’ dan il-kapitlu ninkludi l-kwestjonarju, li hu għodda ewlenija fil-ġbir tat-termini ta’ dan ir-reġistru. It-tielet kapitlu huwa maqsum fi tnejn. Fl-ewwel taqsima nsibu l-analiżi talkwestjonarju u tas-sorsi. Dan il-kapitlu hu maqsum f’diversi taqsimiet għaliex nitkellem fuq it-termini li ntużaw, il-varjanti lessikali, l-influwenza mill-Ingliż f’dan irreġistru, u l-bqija. Fit-tieni taqsima l-ewwel nagħti deskrizzjoni tal-glossarju u tattqassim tiegħu u mbagħad nippreżenta l-glossarju. Fl-aħħar ta’ din it-teżi hemm ħames appendiċi. L-ewwel appendiċi jinkludi littra tal-informazzjoni li ngħatat lill-qwiebel. It-tieni appendiċi jinkludi l-formola talkunsens li ffirmaw il-qwiebel. Fit-tielet appendiċi nsibu l-irrekordjar tal-intervisti. Firraba’ appendiċi nsibu t-traskrizzjonijiet tat-tliet intervisti mal-qwiebel, u l-ħames appendiċi jinkludi taqsima mill-kwestjonarju li fiha l-qwiebel immarkaw liema termini jużaw l-iżjed.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Lexicologyen_GB
dc.subjectGynecology -- Terminologyen_GB
dc.subjectObstetrics -- Terminologyen_GB
dc.titleIr-reġistru tat-tqala u tal-ħlasen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Lawsen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorMonreal, Kimberly-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL030.pdf
  Restricted Access
1.98 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.