Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62598
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-10-26T10:15:24Z-
dc.date.available2020-10-26T10:15:24Z-
dc.date.issued2020-
dc.identifier.citationCutajar, D. (2020). Il-varjazzjoni interna f’erbat ibliet Maltin (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62598-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDan l-istudju jinqasam fi tliet kapitli. Fl-ewwel kapitlu naqsam id-diskussjoni fi tliet partijiet ewlenin. Nibda billi nagħti ħarsa introduttorja lejn il-varjazzjoni lingwistika u l-livelli lingwistiċi li fuqhom tista’ tokkorri l-varjazzjoni fil-lingwa, b’mod speċjali l-livell lessikali li hu l-qofol ta’ dan l-istħarriġ. Fit-tieni parti nimxi għas-soċjolingwistika u niddiskuti l-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess, l-età u l-ġeografija, li huma l-aktar rilevanti għall-istudju tiegħi. Fit-tielet parti nillokalizza l-argument billi nħares lejn il-varjazzjoni lingwistika f’Malta, b’referenza għal numru ta’ studji dwar il-varjazzjoni lessikali f’Malta. Fil-kapitlu ta’ wara nitkellem dwar il-metodu li użajt biex ġbart l-informazzjoni meħtieġa mill-kelliema. F’din il-parti niddiskuti kif saret l-għażla tal-istampi biex fassalt il-kwestjonarju, il-kriterji li mxejt magħhom biex għażilt il-parteċipanti u kif saret l-għażla tal-erba’ lokalitajiet. Barra minn hekk, nitkellem ukoll dwar l-istudju pilota, id-diffikulltajiet li ltqajt magħhom waqt l-intervisti u kif dawn, fejn possibbli, ġew evitati. It-tielet kapitlu ta’ din it-teżina jinkludi r-riżultati u l-analiżi tagħhom. Din it-taqsima hija maqsuma f’ħames partijiet ewlenin. Nibda d-diskussjoni billi nitkellem dwar dawk l-istampi li għalihom ma kienx hemm varjazzjoni lessikali għax il-parteċipanti kollha qablu dwar l-istess termini. Għall-kuntrarju, fit-tieni parti nħares lejn dawk il-każijiet li fihom ħarġet varjazzjoni lessikali, filwaqt li t-tielet parti niddedikaha għall-varjazzjoni grammatikali li ħarġet f’dan l istudju. L-aħħar żewġ partijiet f’dan il-kapitlu jittrattaw il-fatturi soċjolingwistiċi li kkunsidrajt f’dan l-istħarriġ. Fir-raba’ parti nibda bil-fattur tal-ġeografija sabiex niddiskuti l-mistoqsijiet ewlenin li taw bidu għal dan l-istudju. Għalhekk nitkellem dwar il-varjazzjoni li okkorriet fi ħdan kull lokalità u nkompli nibni fuq dan billi nqis il-varjazzjoni lessikali f’kuntest usa’ bejn lokalità u oħra. Fl-aħħar parti nosserva kemm hu rilevanti l-fattur tas-sess fi studju lessikali bħal dan u niddiskuti d-differenzi li ħarġu bejn parteċipanti rġiel u nisa. Finalment, niġbor is-sejbiet ewlenin li ħarġu minn dan l-istħarriġ fil-konklużjoni. Fl-aħħar ta’ din it-teżina hemm l-appendiċi li huwa maqsum f’ħamsa. L-ewwel appendiċi jinkludi kopja tal-formola tal-kunsens li ngħatat lill-parteċipanti kollha qabel ma nbeda l-kwestjonarju. Fit-tieni appendiċi nippreżenta l-kwestjonarju u t-tielet appendiċi jinkludi l informazzjoni neċessarja tal-parteċipanti kollha li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ. Fir-raba’ appendiċi hemm ir-riżultati dettaljati miġbura abbażi tal-ġeografija, filwaqt li fl-aħħar hemm ir-riżultati li ħarġu mill-intervisti abbażi tas-sess.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Social aspectsen_GB
dc.subjectSociolinguistics -- Maltaen_GB
dc.subjectUrban dialects -- Maltaen_GB
dc.subjectMaltese language -- Variationen_GB
dc.subjectMaltese language -- Lexicology-
dc.titleIl-varjazzjoni interna f’erbat ibliet Maltinen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCutajar, Diane-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL010.pdf
  Restricted Access
5.94 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.