Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62601
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-10-26T10:21:57Z-
dc.date.available2020-10-26T10:21:57Z-
dc.date.issued2020-
dc.identifier.citationCamilleri, Y. (2020). Analiżi fonetika u fonoloġika tad-djalett Imġarri (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62601-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractFl-ewwel kapitlu se tingħata ħarsa lejn ir-raħal tal-Imġarr, u fih se jiġu trattati l-etimoloġija tal-isem, il-popolazzjoni, il-ħajja soċjali u l-qagħda ġeografika ta’ din il-lokalità. Fit-tieni kapitlu se tiġi diskussa l-analiżi kritika tal-letteratura, fejn se jiġu ppreżentati l-varjabbli soċjolingwistiċi, permezz ta’ studji barranin. Barra minn hekk, se tingħata ħarsa wkoll lejn ix-xogħlijiet li taw kontribut fil-qasam djalettali fonetiku fil-kuntest lokali. Fil-kapitlu li jmiss se tiġi ppreżentata l-metodoloġija li ġiet użata sabiex isir dan l-istudju. Fir-raba’ kapitlu se ssir analiżi fonetika ta’ dan id-djalett, ibbażata fuq qari ta’ sentenzi b’pari minimi minn żewġ informanti, raġel u mara. Għaldaqstant f’dan il-kapitlu se tiġi stabbilita s-sistema vokalika ta’ dan id-djalett, bl-għajnuna tat-tutur tiegħi, is-Sur Ruben Farrugia, minħabba li l-għarfien tiegħi fil-fonetika huwa limitat. Barra minn hekk se jinħarġu wkoll id-dittongi tad-djalett Imġarri, flimkien ma’ lista ta’ omonimi fil-Malti Standard imma li mhumiex fl-Imġarri, u bil-kontra. Fil-ħames kapitlu kull vokali li se tiġi stabbilita fir-raba’ kapitlu se tiġi analizzata minn aspett fonoloġiku permezz ta’ erba’ intervisti ma’ kelliema nattivi. F’din l-analiżi kull vokali li tagħmel parti mid-djalett Imġarri se tiġi studjata mill-qrib. Għaldaqstant l-aspetti fonoloġiċi li se jinstabu għal kull vokali, se jitqabblu mal-erba’ djaletti li ġew studjati s’issa sabiex jinħarġu xi similaritajiet u differenzi ma’ dawn id-djaletti. Barra minn hekk, l-iskop ta’ dawn iż-żewġ kapitli huwa li jinħarġu aspetti fonetiċi u fonoloġiċi li jagħmlu l-Imġarri djalett uniku. Fl-aħħar kapitlu se tingħata ħarsa lejn is-sejbiet ewlenin li se jinkisbu f’din ir-riċerka, apparti li se jiġu indirizzati xi limitazzjonijiet tax-xogħol. L-aħħar taqsima se tkun iddedikata għal suġġerimenti ta’ studji ġejjiena sabiex din il-fergħa lingwistika tibqa’ dejjem tistagħna.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Dialects -- Malta -- Mġarren_GB
dc.subjectMaltese language -- Dialects -- Phonologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Social aspectsen_GB
dc.subjectSociolinguistics -- Malta-
dc.titleAnaliżi fonetika u fonoloġika tad-djalett Imġarrien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCamilleri, Yasmin-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL007.pdf
  Restricted Access
2.23 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.