Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62601
Title: Analiżi fonetika u fonoloġika tad-djalett Imġarri
Authors: Camilleri, Yasmin
Keywords: Maltese language -- Dialects -- Malta -- Mġarr
Maltese language -- Dialects -- Phonology
Maltese language -- Social aspects
Sociolinguistics -- Malta
Issue Date: 2020
Citation: Camilleri, Y. (2020). Analiżi fonetika u fonoloġika tad-djalett Imġarri (Bachelor's dissertation).
Abstract: Fl-ewwel kapitlu se tingħata ħarsa lejn ir-raħal tal-Imġarr, u fih se jiġu trattati l-etimoloġija tal-isem, il-popolazzjoni, il-ħajja soċjali u l-qagħda ġeografika ta’ din il-lokalità. Fit-tieni kapitlu se tiġi diskussa l-analiżi kritika tal-letteratura, fejn se jiġu ppreżentati l-varjabbli soċjolingwistiċi, permezz ta’ studji barranin. Barra minn hekk, se tingħata ħarsa wkoll lejn ix-xogħlijiet li taw kontribut fil-qasam djalettali fonetiku fil-kuntest lokali. Fil-kapitlu li jmiss se tiġi ppreżentata l-metodoloġija li ġiet użata sabiex isir dan l-istudju. Fir-raba’ kapitlu se ssir analiżi fonetika ta’ dan id-djalett, ibbażata fuq qari ta’ sentenzi b’pari minimi minn żewġ informanti, raġel u mara. Għaldaqstant f’dan il-kapitlu se tiġi stabbilita s-sistema vokalika ta’ dan id-djalett, bl-għajnuna tat-tutur tiegħi, is-Sur Ruben Farrugia, minħabba li l-għarfien tiegħi fil-fonetika huwa limitat. Barra minn hekk se jinħarġu wkoll id-dittongi tad-djalett Imġarri, flimkien ma’ lista ta’ omonimi fil-Malti Standard imma li mhumiex fl-Imġarri, u bil-kontra. Fil-ħames kapitlu kull vokali li se tiġi stabbilita fir-raba’ kapitlu se tiġi analizzata minn aspett fonoloġiku permezz ta’ erba’ intervisti ma’ kelliema nattivi. F’din l-analiżi kull vokali li tagħmel parti mid-djalett Imġarri se tiġi studjata mill-qrib. Għaldaqstant l-aspetti fonoloġiċi li se jinstabu għal kull vokali, se jitqabblu mal-erba’ djaletti li ġew studjati s’issa sabiex jinħarġu xi similaritajiet u differenzi ma’ dawn id-djaletti. Barra minn hekk, l-iskop ta’ dawn iż-żewġ kapitli huwa li jinħarġu aspetti fonetiċi u fonoloġiċi li jagħmlu l-Imġarri djalett uniku. Fl-aħħar kapitlu se tingħata ħarsa lejn is-sejbiet ewlenin li se jinkisbu f’din ir-riċerka, apparti li se jiġu indirizzati xi limitazzjonijiet tax-xogħol. L-aħħar taqsima se tkun iddedikata għal suġġerimenti ta’ studji ġejjiena sabiex din il-fergħa lingwistika tibqa’ dejjem tistagħna.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62601
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL007.pdf
  Restricted Access
2.23 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.