Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62667
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-10-27T08:55:07Z-
dc.date.available2020-10-27T08:55:07Z-
dc.date.issued2020-
dc.identifier.citationVella, A.P. (2020). L-oġġetti sagri fil-knejjes t’Għawdex: it-terminoloġija (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62667-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractGħalkemm dan mhuwiex l-ewwel studju li jiffoka fuq l-oġġetti sagri, iddeċidejt li nwettaq studju fuq dan l-istess suġġett iżda kemxejn differenti minn ta’ qabel b’xejra komparattiva. Għalhekk, fl-istudju tiegħi ġbart it-terminoloġija ta’ dan il-qasam billi intervistajt persuni min-Nadur, mir-Rabat, mix-Xagħra u mill-Għarb. Meta ġbart ir-riżultati kollha mbagħad ħriġt il-varjazzjonijiet fil-kapitlu tal-glossarju. Bħal ħafna teżijiet soċjolingwistiċi oħra, ir-riżultati ġew miġbura permezz tal-istampi. L informant ma’ kull stampa kellu jagħti l-isem tat-terminu kif isejjaħlu hu u jagħti deskrizzjoni qasira tiegħu. Qgħadt attent li fil-mistoqsijiet li nsaqsi ma nagħtix ir-risposta tat-terminu lill-informant u għalhekk saqsejt mistoqsijiet bħal, “X’qed tara hawn?” jew “X’issejjaħlu dan?”. B’hekk solvejt xi problemi li ltqajt magħhom fl-intervisti. Minn dawn l-intervisti nġabru ħafna varjazzjonijiet fuq bosta aspetti lingwistiċi primarjament dawk lessikali u fonetiċi-ortografiċi. Fil-fatt il-varjazzjoni f’din it-terminoloġija kien aspett li spikka fl-istudju tiegħi. Il-qarrej għandu jinduna li din il-varjazzjoni ġrat skont il-varjabbli ġeografiku għaliex dawn il-varjazzjonijiet ħarġu minn irħula differenti. Permezz ta’ dawn il-varjazzjonijet il-qarrej mhux biss jara li hemm varjazzjonijiet f’dan il-qasam iżda wkoll itejjeb l-għarfien tiegħu f’dan is-suġġett. Din it-teżi kellha ħafna miri u għanijiet x’tilħaq. Apparti l-għan li jinġabar reġistru fuq din it-terminoloġija, il-mira prinċipali kienet li tara jeżistux varjazzjonijiet f’dan il-qasam u jekk jeżistu, fuq liema varjabbli soċjolingwistiċi jaħdmu dawn il-varjazzjonijiet. B’hekk, wieħed ma jiskantax meta jara li l-aktar element li spikka f’dan l-istudju kien dak tal-varjazzjoni u fuq liema kriterji taħdem din il-varjazzjoni. Dawn il-varjazzjonijiet kien jeħtieġ li jinġabru min-nies li huma midħla tas-suġġett u għalhekk fl-istudju tiegħi intervistajt bosta qassisin u sagristani. Żgur li mingħajr is-sehem tagħhom f’dan l-istudju, ir-riżultati miġbura ma kinux se jkunu daqshekk veritiera.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectChurch decoration and ornament -- Malta -- Gozoen_GB
dc.subjectChurch decoration and ornament -- Terminologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Social aspectsen_GB
dc.subjectMaltese language -- Variationen_GB
dc.titleL-oġġetti sagri fil-knejjes t’Għawdex : it-terminoloġijaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorVella, Anthony Paul-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL019.pdf
  Restricted Access
18.99 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.