Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62710
Title: Tlitt iqlub damma ta' għana
Authors: Abela, Ġuzi
Cassar, Manwel
Sciberras, John
Keywords: Maltese poetry -- 20th century
Maltese literature -- 20th century
Issue Date: 1953
Publisher: Progress Press Co. Ltd.
Citation: Abela, Ġ., Cassar, M., & Sciberras J. (1953). Tlitt iqlub : damma ta' għana. Malta : Progress Press Co. Ltd.
Abstract: Dawn il-versi li ser taqraw fl-ewwel taqsima huma għażla ta' poeżiji li ili nikteb mindu kont għadni naqra ta' tifel. Dak li nebbabħni biex ngħanni kien it-togħma bnina tal-Poeżija Maltija li jiena doqt u xtarrejt tul is-snin ta' l-iskola. Għall-ewwel il-hena tiegħi kien fit-tqabbil, imma maż-żmien fhimt sewwa x'inhi l-Poeżija, u ħassejtha tintiseġ ma' kull siegħa ta' ħajti. Il-ħajja tal-bniedem hija sensiela ta' niket u ferħ, u għalhekk il-versi tiegħi, imqar f'din l-eta' żgħira, huma mħalltin ukoll bis-swied il-qalb. Biex tifhem sewwa x'uħud minnhom ikun jeħtieġlek taqrahom bil-mod u b'attenzjoni kontinwa. L-oħrajn, imbagħad, ivarjaw fil-metru u fil-ħsieb, u kollox jinġabar f'għana liriku li qed ifawwar minn qalb zagħzugħa. Xi mindaqqiet xi poeżiji jieħdu xejra didattika, u dan għax nifhem li għalkemm il-poeta jgħanni wkoll biex jagħti pjaċir, tajjeb madankollu li kultant iżerżaq xi tagħlima morali, xi ċanfira, xi tbeżbiża. Jekk dawn il-ftit versi tiegħi se jserrħu xi qalb zagħżugħa mbikkija, jew minħabba fihom se ġġelben xi demgħa minn xfar għajnejn in-niedem, jiena n kuntent . Imbagħad imbierek is-sigħat li qattajt naħseb u nikteb, imbierek it-taħbit li ħadt sakemm stampajna dal-ktieb li issa għandek f'idejk. Kull għasfur jiftaħar b'rixu: jiena nifraħ bil-poeżija tieghi. Tingħoġob jew ma tingħoġobx, lili togħġobni u bi ħsiebni nibqa nikteb. [Klemtjen minn Ġużi Abela]
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62710
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCL&LMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Tlitt_iqlub.PDF
  Restricted Access
30.38 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.