Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6417
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-11-13T08:57:03Z-
dc.date.available2015-11-13T08:57:03Z-
dc.date.issued2015-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6417-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-istudju u l-analiżi ta’ xogħlijiet qodma huwa qasam importanti għall-istudju ta’ lsienna. Permezz tad-dokument Acta Iuratorum et Consilii Civitatis et Insulae Maltae stajt nislet tagħrif lingwistiku siewi fuq l-iżvilupp dijakroniku tal-Malti. Għalkemm maż-żmien instabu diversi xogħlijiet qodma, kien jeħtieġ li jiġu analizzati għadd ta’ kitbiet miktuba bl-Isqalli tul il-perjodu Medjevali. It-teżi tiegħi hi kontribut ieħor. Il-ħajra għal dan is-suġġett bdiet meta fost taqsimiet ta’ studji oħra li kellna nagħżlu matul il-kors tal-Baċellerat fil-Malti, ridna nagħżlu krettu fakultattiv u għalhekk ħadt lopportunità li nagħżel ix- “Xhieda tal-Malti Miktub”. Dan il-qasam kien jitlob l-istudju u l-analiżi ta’ manuskritti qodma u nista’ ngħid li minn hawn twieldet l-idea li nikteb it-teżi tiegħi b’rabta ma’ dan il-qasam. Tkellimt mal-ewwel mas-Sur Olvin Vella li minnufih ħeġġiġni nqalleb ftit fil-manuskritt Univ. 11 (ippubblikat minn Wettinger, 1993) u li għandu sehem importanti fl-istorja ta’ Malta matul is-seklu ħmistax. Ix-xogħol ta’ riċerka għalkemm jinvolvi ħafna tiftix, qari u ġbir ta’ informazzjoni huwa xogħol interessanti li fl-aħħar mill-aħħar jikseb sodisfazzjon speċjalment meta tiskopri affarijiet ġodda. Min-naħa l-oħra nistqarr li f’ xi mumenti seta’ kien tedjanti wkoll iżda l-paċenzja u d-dedikazzjoni wasslu biex ikompli jissaħħaħ bl-aħjar mod possibbli. Fil-bidu tar-riċerka tiegħi, bdejt naqra dak kollu li kien relatat mas-suġġett; fi ftit kliem ġbart kull informazzjoni li stajt insib utli ’l quddiem. Wara, komplejt inwessa’ rriċerka billi bdejt niltaqa’ ma’ sorsi oħra ta’ informazzjoni li ġeneralment kienu jkunu miktubin f’ xi referenza ta’ ktieb u din kienet isservi ta’ kuraġġ biex inkompli għaddejja. Għall-ewwel ħassejtni ftit imgerfxa għaliex għalkemm ksibt bosta informazzjoni ma kontx ċerta kif għandi nużaha b’ mod korrett. Iżda mbagħad malli bdejt nikteb paragrafu wara ieħor, kif ukoll bl-għajnuna tat-tutur l-affarijiet bdew jagħmlu sens. Fl-ewwel taqsima se tiġi diskussa l-istruttura amministrattiva f’Malta f’dan il-perjodu, l-universitas, li kienet tirrappreżenta lil kulħadd għaliex il-laqgħat tal-kunsill, il-karigi muniċipali u bosta deċiżjonijiet oħra kienu f’idejn grupp soċjali pprivileġġjat li qajla kien jippermetti l-indħil min-nies tal-irħula. Fi kliem ieħor din id-dokumentazzjoni għamlitha aktar faċli biex wieħed seta’ jifhem aħjar diversi aspetti mill-ħajja ta’ kuljum fosthom l-istruttura soċjali, il-qafas ekonomiku u l-bqija li kienu ħaġa waħda mal-esperjenza umana. Fit-taqsima li jmiss se nħarsu lejn ir-rabta bejn Malta u Sqallija minn żewġ aspetti: ilġrajja interna tal-lingwa li tittratta l-ħsejjes, il-morfermi u t-tifsir kif ukoll il-ġrajja esterna tal-lingwa li tfisser il-qawwiet intellettwali, soċjali u politiċi li ddeterimaw l-iżvilupp fil-ġrajja interna. Fi kliem ieħor se nagħrfu llum mill-imgħoddi: se nippruvaw ngħatu ħjiel sa fejn l-Isqalli kien għajn ta’ tislif. Permezz ta’ dan l-istudju se niksbu; għarfien dwar l-istruttura ta’ lsienna, il-firxa tal-vokabolarju u l-għejun li minnhom nixxa dak il-vokabolarju.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- History -- 15th centuryen_GB
dc.subjectMaltese language -- Foreign elementsen_GB
dc.subjectItalian language -- Dialects -- Italy -- Sicilyen_GB
dc.titleLessiku Sqalli li maż-żmien daħal fil-Malti, kif jidher fl-Acta Iuratorumen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorFerry, Rebecca-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL013.pdf
  Restricted Access
1.79 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.