Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6426
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-11-13T09:02:17Z-
dc.date.available2015-11-13T09:02:17Z-
dc.date.issued2015-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6426-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractQabel bdejt din it-teżina u wara li għamilt il-qari biex nagħżel is-suġġett, sibt li kriterju importanti fi ħdan il-lingwa huma il-varjetajiet fis-soċjetà. Il-varjetajiet li jitqiesu bħala ilbażi tal-lingwa, u li kieku ma kinux huma l-ebda lingwa ma hija dik li hi llum, inkluż il- Malti. B’hekk il-ħsieb tiegħi f’din it-teżina żvolġa f’xejra kif jiena se nsaħħaħ u nagħti kontribut lejn il-lingwa ta’ pajjiżi, b’hekk bdejt billi nirriċerka f’dawn il-varjetajiet. Mill-banda l-oħra kelliema bħal politiċi, studjużi, u nies oħra akbar minni dejjem affaxxinawni bil-kliem “intom iż-żgħażagħ tal-lum u l-mexxejja t’għada”. Fil-fatt fil-qari li sar qabel innutajt kif il-lingwa tibqa’ ħajja bis-saħħa taż-żgħażagħ li jikbru u jħaddmuha, b’hekk fittixt li ngħaqqad il-varjetajiet tal-lingwa li jsaħħu l-lingwa, u fuq iż-żgħażagħ minħabba li kieku ma kinux huma li jħaddmu l-lingwa kieku tmut. B’hekk għażilt li nagħmel ir-riċerka fil-varjetà tal-lingwa, il-lingwaġġ taż-żgħażagħ. Il-pass li jmiss kien li nagħżel oqsma partikolari fi ħdan dan il-lingwaġġ u għażilt dawk li fi ħsiebi kienu l-iktar effettivi u li jġibu magħhom numru sostanzjali ta’ lessiku ġdid, dan irriżulta li ma kienx fi ħsiebi biss imma ta’ diversi studjużi oħra bħal Thorne (2001). Qabel l-istudju tiegħi fuq dan is-suġġett sibt biss studju wieħed fil-lingwa Maltija, Barbara u Scicluna (2002). B’hekk bdejt ir-riċerka tiegħi bl-għan li nqabbel l-istħarriġ li għażilt jien ma’ dak li sar tlettax-il sena qabel fuq l-istess oqsma. Hekk wara din id-daħla, it-teżina tiftaħ b’kapitlu fuq il-lingwa u s-soċjolingwistika, ilvarjetajiet tal-Malti u l-Malti standard. Wara dan ittrattajt il-parametri li wieħed irid iżomm f’moħħu qabel jagħmel riċerka fis-soċjolingwistika, il-varjabbli li jagħmlu l-akbar differenza f’soċjetà ta’ żmien u kultura partikolari. Il-kapitlu li jsegwi dan huwa dwar l-istudji li saru fuq iż-żgħażagħ u l-lingwaġġ imħaddem minnhom. Fil-bidu ta’ dan il-kapitlu nitkellem dwar kif iż-żgħażagħ jiksbu l-identità tagħhom bħala wieħed mill-gruppi soċjokulturali fi ħdan is-soċjetà, speċjalment bl-użu ta’ diskors informali u sleng. Lejn l-aħħar tal-kapitlu se nsemmi wkoll l-oqsma l-aktar popolari fi ħdan il-lingwaġġ taż-żgħażagħ u dak l-aktar li jitkellmu fuqu. Il-kapitlu li jmiss jagħti dawl fuq kif jien ġbart din l-informazzjoni u l-lessiku li li jużaw iżżgħażagħ. Nagħti wkoll dettalji fuq kif fassalt kwestjonarju biex għinni nagħmel intervisti fost dan il-grupp soċjokulturali li għinuni nibni lista ta’ termini. Fi tmiem dan il-kapitlu ma nonqsx milli nniżżel id-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet li ltqajt magħhom waqt li qed nagħmel din ir-riċerka . F’ Appendiċi A wieħed għandu jsib il-kwestjonarju finalizzat li jiena ħejjejt. Wara dan kollu kien imiss li nagħmel l-analiżi tiegħi wara li ġbart l-informazzjoni meħtieġa. Fl-ewwel parti analizzajt il-lessiku li ħareġ skont il-varjabbli: is-sess u l-età kienu fost l-iktar varjabbli importanti. Wara dan annalizajt it-termini li ħarġu flimkien mattifsira jew tifsiriet li joffru. Għalaqt dan il-kapitlu billi tajt ħarsa lura lejn l-istess teżi li bbażajt fuqha li saret tlettax-il sena ilu u qabbiltha mar-riżultati attwali. Għar-riżultati ta’ din ir-riċerka ara Appendiċi B. L-għeluq ta’ din it-teżina jikkonsisti f’xi sejbiet li saru fir-riċerka u konklużjonijiet meħuda. Wara dan għamilt lista żgħira f’liema direzzjoni l-istudju dwar dan is-suġġett jista’ jkompli.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectSociolinguistics -- Maltaen_GB
dc.subjectYouth -- Malta -- Languageen_GB
dc.subjectMaltese language -- Variationen_GB
dc.titleIl-lingwaġġ taż-żgħażagħ : droga, sess u alkoħolen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorScerri, Richard-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL022.pdf
  Restricted Access
1.31 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.