Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/66750
Title: Studju ġdid dwar is-santwarju Puniku-Ruman ta' Ras il-Wardija
Authors: Azzopardi, George
Keywords: Ras il-Wardija (San Lawrenz, Malta)
Gozo (Malta) -- History -- Phoenician and Punic period, 8th century B.C.-218 B.C.
Graffiti -- Malta -- Wardija
Archaeology -- Malta -- San Lawrenz
Issue Date: 2018
Publisher: Kercem: Ghaqda Muzikali San Girgor
Citation: Azzopardi, G. (2018). Studju ġdid dwar is-santwarju Puniku-Ruman ta' Ras il-Wardija, Festa Madonna tas-Sokkors, Kercem, 35-36.
Abstract: Is-santwarju - jew kumpless ta' spazji sagri - fil-ponta ta' Ras il-Wardija kien jintuża minn madwar it-tielet seklu Q.K. sa madwar it-tieni (jekk mhux ukoll ir-raba') seklu W.K.: allura, mill-perjodu Puniku tardiv sal-perjodu Ruman. Minbarra dan it-tempju żgħir, element ieħor importanti f'dan is-santwarju jidher li kien għar imħaffer apposta fil-blat iktar 'I fuq . Mhux eskluż ukoll li dan l-għar kellu struttura mibnija quddiemu ħaġa waħda miegħu. Jista' jkun li f'dan l-għar u fl-istruttura li possibilment kellu quddiemu u magħquda miegħu kienu jsiru ritwali li kienu jikkonsistu f'ikliet komunitarji u xi riti ta ' inizjazzjoni wara riti ta' purifikazzjoni li possibilment kienu jkunu saru f'banju mħaffer fil-blat fil-viċin. Minħabba li r-riti ta' purifikazzjoni kienu jsiru fil-bidu - hekk kif wieħed jidħol fis-santwarju - mhux eskluż li, ħdejn dan il-banju, kien hemm id-daħla ewlenija tas-santwarju. Mhux eskluż li s-santwarju seta' baqa' jiġi wżat għal xi żmien minn xi grupp jew gruppi t'ewlenin insara fi żmien ta' tranżizzjoni mill-paganeżmu għall-Kristjaneżmu. Dawn l-ewlenin insara setgħu kienu jassimilaw lil Kristu ma' l-allat Uew ma' xi wieħed mill-allat) li kienu meqjuma hemmhekk qabel. Lanqas m'huwa eskluż li , fil-Medju Evu, l-għar seta' ntuża minn xi eremiti fi żmien meta dawn kienu jfittxu postijiet bħal dawn fl-imwarrab.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/66750
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCASHArc

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Studju ġdid dwar is-santwarju (1).pdf1.34 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.