Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/67708
Title: Il-qlib tar-reġistru fit-taħdit tat-tfal
Authors: Grima, Roseann
Keywords: Maltese language -- Malta
Maltese -- Spoken Maltese -- Malta
Linguistics -- Malta
Issue Date: 1989
Citation: Grima, R. (1989). Il-qlib tar-reġistru fit-taħdit tat-tfal (Bachelor’s dissertation).
Abstract: F'dan l-istudju nistħarreg dwar kif Christine, tifla ta' madwar sitt snin u nofs, taqleb ir-reġistru skond il-persuni varji li hi tindirizza. Żewġ elementi tad-diskors huma analiżżati fil-fond: Il-kmand - fejn fost ohrajn irriżulta li Christine tuża l-kmand dirett u indirett b'karatteristiċi diversi ma' persuni diversi; u l-mistoqsija - fejn fost ħwejjeġ oħra sibt li Christine tistaqsi b'mod aktar frekwenti lil ommha, u li t-tifla tadatta s-suġġett tal-mistoqsija skond it-tagħrif li jista' jagħtiha s-semmiegħ. Fl-aħħar nett niddiskuti t-tibdiliet li tagħmel Christine fit-taħdit sabiex tissimplifika u tiċċara l-lingwa lil ħuha tarbija. Fid-diskussjoni tiegħi naċċenna għal xogħlijiet barranin f'dan il-qasam, għalkemrn analiżi aktar ġenerali tinsab fl-introduzzjoni għal dan ix-xogħol. Minkejja li x-xogħol jista' jkun limitat għaliex jittratta tifla wahda li ġejja minn ċertu ambjent u familja, b'dana kollu, r-riżultati ta' l-istudju tiegħi għandhom ikunu ta' interess għall-qarrej, fl-ambitu tal-lingwistika ġenerali u Maltija.
Description: B.ED.(HONS)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/67708
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 1953-2007

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Grima_Roseann_1989.pdf
  Restricted Access
5.77 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.