Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6809
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-12-02T15:34:53Z
dc.date.available2015-12-02T15:34:53Z
dc.date.issued2015
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6809
dc.descriptionM.A.MALTESEen_GB
dc.description.abstractDan ix-xogħol huwa l-kontinwazzjoni tat-teżi Arturo Dimech u r-Rumanz tal-Faxxiklu li tittratta fid-dettall wieħed mill-kittieba tal-faxxikli waqt li tagħti introduzzjoni żgħira għall-attività tal-faxxiklu. L-għan ewlieni tat-teżi, Ir-Rumanz Malti tal-Faxxiklu, huwa li jinxeħet dawl fuq ir-rumanz tal-faxxiklu, fejn tnissel u kif l-għeruq tiegħu nibtu fl-Ewropa sakemm sar popolari f’Malta wkoll. Ir-rumanz tal-faxxiklu Malti huwa ġeneru letterarju popolari magħruf l-aktar fis-sekli 19 u 20. Huwa tip ta’ rumanz magħmul minn folji li kienu jitqassmu f’sensiela ta’ faxxikli biex imbagħad jiġu llegati f’forma ta’ ktieb. Il-faxxikli kienu jiġu stampati biex jaslu fid-djar tal-qarrejja u kienu jitqassmu mis-soċji jew xi ħaddiema tal-istamperiji. Wara t-tqassim tal-faxxikli kien hemm strateġija unika biex il-kittieb u l-istampatur ikollhom profitt xieraq waqt li l-konsumatur igawdi minn pubblikazzjoni tajba. Huwa ġeneru letterarju rivoluzzjonarju għaliex ipprova jiddeverti, jgħallem, jikkomunika, jgħarraf u jġiegħel lill-popolin japprezza l-letteratura bil-Malti. Fl-istess ħin kien popolari minħabba s-sempliċità fl-istejjer, fil-karattri u fit-temi. M’hemmx indikazzjoni preċiża li turi l-bidu jew it-tmiem tal-faxxiklu, iżda mid-dati li tniżżlu fuq il-pubblikazzjonijiet tal-faxxikli stampati jinkiseb ħjiel tal-eżistenza ta’ dan il-ġeneru. Din ir-riċerka turi li xi faxxikli aktarx bdew jiġu ppubblikati madwar l-1830 waqt li setgħu baqgħu jiġu stampati sal-1970. Ma jfissirx li ma nkitbux aktar faxxikli qabel jew wara iżda ma hawnx xhieda assoluta ta’ dan. Fost ir-rumanzi tal-faxxikli, hemm uħud li mhumiex datati u għalhekk ma jingħadx b’ċertezza meta ġew ippublikati. Ir-rumanz tal-faxxiklu ma baqax jiġi ppubblikat iżda wħud mill-istejjer tal-faxxikli ma ntesewx għaliex għadhom jissemmew u jinqraw fuq il-mezzi tax-xandir. Għalkemm ir-rumanz tal-faxxiklu jista’ jitqies bħala para-letteratura, għaliex marbut biss mal-esperjenza tal-popolin, kien ġeneru interessanti u l-preżentazzjoni tiegħu kienet tagħmlu aktar speċjali. Din it-teżi tesplora r-rumanz tal-faxxiklu bħala ġeneru letterarju u wkoll l-elementi li jagħmlu r-rumanz tal-faxxiklu uniku bħalma huma l-qagħda u t-tipi ta’ karattri u l-ambjent li fih isseħħ il-ġrajja u t-temi magħżula. Hekk ukoll jingħaraf mix-xejriet letterarji li l-awtur jagħżel għar-rakkonti, bħalma huma t-tip ta’ narratur, il-binja tar-rakkont u l-komunikazzjoni bejn il-kittieb u l-qarrej. Il-kapitli li jsegwu jitkellmu aktar fid-dettall dwar dawn l-aspetti letterarji u ser jiġu analizzati fil-kuntest tar-rumanz tal-faxxiklu. Tajjeb li kull attività li pajjiżna kien iħaddan, speċjalment dik letterarja, tiġi studjata u analizzata mhux biss mir-riċerkatur iżda wkoll minn dawk li jsewgu l-passi tal-letteratura Maltija. Ir-rumanz tal-faxxiklu ser jidher f’dawl differenti għaliex mhux biss ser tiġi spjegata l-attività nfisha iżda ser jingħataw ir-raġunijiet ta’ kif din ir-riċerka bdiet tinbena. Din it-teżi tfittex li tiżviluppa argumenti dwar l-eżistenza ta’ dan il-ġeneru. Biex tagħmel dan, ir-riċerka kellha bżonn għodod partikolari sabiex tislet l-informazzjoni misjuba minn pubblikazzjonijiet, siti elettroniċi, rumanzi tal-faxxikli, manuskritti u oħrajn, iżda mhux biss. It-teżi tlaħħmet permezz ta’ intervisti m’ individwi li kienu midħla ta’ din l-attività. Kien hemm riċerkaturi oħra li analizzaw xi kittieba tal-faxxikli b’mod individwali iżda mhux dwar l-attività nfisha. Ir-riċerka ma kinitx faċli, ma kien hawn ebda informazzjoni diretta, l-aktar fejn jissemma r-rumanz tal-faxxiklu Malti. L-iskop tat-teżi huwa li tgħarraf ir-riċerkaturi dwar in-nisel, l-iżvilupp u l-attivitajiet letterarji tal-ġeneru kif ukoll li tlaqqa’ lill-qarrejja ma’ kittieba tal-faxxikli li ma baqgħux jissemmew. L-iskop seta’ jintlaħaq permezz ta’ metodoloġija speċifika, evalwazzjoni tal-informazzjoni misjuba, permezz tal-organizzazzjoni tal-ideat u permezz tal-benefiċċji kollha li dan il-ġeneru ta lill-qarrejja tiegħu. F’din it-teżi hawn mistħarrġa madwar 415-il rumanz tal-faxxiklu, uħud minnhom oriġinali waqt li oħrajn maqlubin mill-istess kittieba Maltin. Fost oħrajn hawn ikkonsultati rumanzi ta’ kittieba magħrufa bħalma huma Arturo Caruana, Arturo Dimech u Giuseppe Cumbo u oħrajn li ftit li xejn, jew kważi ma jissemmewx. F’din it-teżi ġew mistħarrġa madwar 60 kittieb tar-rumanz tal-faxxiklu.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese prose literature -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectSerial publications -- Maltaen_GB
dc.subjectNovelists, Malteseen_GB
dc.titleIr-rumanz Malti tal-faxxikluen_GB
dc.typemasterThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorFabri, Roseanne
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15MAMAL005.pdf
  Restricted Access
4.39 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.