Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6863
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-12-04T15:43:57Z-
dc.date.available2015-12-04T15:43:57Z-
dc.date.issued2011-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6863-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractMaria Grech Ganado, bħala poetessa moderna, tfittex espressjoni letterarja innovattiva li teħles lill-mara minn definizzjoni ristretta u lill-kuxjenza femminili tagħha minn forom tipiċi ta’ ħsieb. Hija mara li ttrasformat firxa ta’ esperjenzi u ta’ qari f’idjoma poetika oriġinali, tant li poeżiji tagħha jidhru bħala frott l-imgħoddi li ġarrbet daqskemm is-sorsi mitoloġiċi, bibliċi, u letterarji li qrat. Titqies bħala poetessa moderna minħabba, qabelxejn, l-istruttura poetika li tuża biex toħloq pawsi u kuntrasti fil-mixja lirika, kif ukoll minħabba mekkaniżmi bħall-ironija, il-paradoss, u l-innuendo li tħaddem fuq idjoma intima. Il-poeżiji tagħha ma għandhomx metrika stabbilita u ħafna drabi l-użu tal-vers ħieles u l-enjambment jgħin biex l-espressjoni li tidher kompluta tkompli b’sinifikat ironiku. B’kuntrast mal-poeti romantiċi li għandhom metrika u forma fissa, flimkien ma’ valuri tradizzjonali espressi b’mod idealistiku jew rikonċiljattiv, Grech Ganado tfittex li tibni perspettivi kunfliġġenti u tensjoni bejn emozzjonijiet opposti f’poeżija li rarament tidealizza. Dan għaliex it-test mhuwiex ristrett għal konklużjoni waħda, anzi l-qarrejja jimirħu f’diversi interpretazzjonijiet oħra evokati mit-teknika talironija. Għalhekk, in-nuqqas ta’ ċarezza, il-konnotazzjonijiet diversi, u l-evokazzjoni ta’ testi oħra joħolqu diffikultà biex il-qarrejja jifhmu s-sinifikat poetiku. Qabelxejn, il-qarrejja ta’ Grech Ganado jridu jneħħu kull idea ordinarja u simplistika dwar il-mara, filwaqt li jantiċipaw tifsira oħra għall-kelma ta’ kuljum.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectPoets, Malteseen_GB
dc.subjectIntertextualityen_GB
dc.subjectGrech Ganado, Maria, 1943- -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 21st centuryen_GB
dc.titleElementi ta' intertestwalita fil poezija ta' Maria Grech Ganadoen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorFormosa, Romilda Ann-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL015.pdf
  Restricted Access
1 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.