Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/71916
Title: Traduzzjoni annotata mill-ktieb 'L-interpretazzjoni tal-ħolm' ta' Sigmund Freud
Authors: Borg, Eric (2010)
Keywords: Freud, Sigmund, 1856-1939
English literature -- Translations into Maltese
German literature -- Translations into Maltese
Issue Date: 2010
Citation: Borg, E. (2010). Traduzzjoni annotata mill-ktieb 'L-interpretazzjoni tal-ħolm' ta' Sigmund Freud (Master's dissertation).
Abstract: F'din it-tezi analizzajt partijiet u ttraducejt ghall-Malti kapitlu mill-ktieb 'L-Interpretazzjoni tal Holm' ta' Sigmund Freud. L-ewwel edizzjoni tax-xoghol originali ta' Freud giet ippubblikata bil Germaniz fl-1899 bit-titlu Die Traumdeutung. Il-ktieb li hdimt fuqu jien huwa traduzzjoni bl Ingliz ta' dan ix-xoghol originali li saret minn Joyce Crick fl-1999. Billi x-xoghol originali tradott minn Joyce Crick huwa miktub bil-Germaniz, punt importanti huwa li l-lingwa Germaniza fiha nnifisha hija aktar preciza minn dik Ingliza f'hafna strutturi tas-sentenzi u fir-regoli tal-grammatika taghha, u hija perezempju aktar preciza fejn jidhol il-moviment, u ghalhekk hija aktar adattata biex tfisser bi precizjoni kuncetti filosofici u psikologici mil-lingwa Ingliza. Minbarra dan, is-sintassi tal-lingwa Germaniza ghandha tendenza Ii tkun aktar konciza u forsi b'mod inerenti aktar qawwija mis-sintassi tal-lingwa Ingliza, sa certu punt minhabba d-differenzi bejn iz-zewg lingwi fil-modi kif dawn jartikulaw il-propozizzjonijiet u kif ifissru l-ideat. Ghalhekk jien analizzajt ukoll it-test ta' Joyce Crick biex nara kemm fit traduzzjoni taghha baqghet leali lejn ix-xoghol originali ta' Freud u indikajt ukoll jekk fxi termini Ii ntuzaw minnha ntilfux partijiet essenzjali mill-implikazzjonijiet tat-tifsir u mis-sens tal lingwa originali. F'dan ir-rigward semmejt ukoll, li ghalkemm jien stajt kont konxju Ii dan seta' kien possibbli, madankollu xorta bqajt fidil lejn it-test bl-Ingliz, Ii minnu ttraducejt b'mod dirett, u ta' dan tajt ragunijiet billi rreferejt, fost l-ohrajn, ghan-normi professjonali li jridu jigu osservati fil-process tat-traduzzjoni. Traduttur Malti li ghandu hakma tajba tal-Germaniz m'ghandux isib diffikultajiet kbar biex isib l-ekwivalenti ghall-Malti, hlief ghal xi termini li jistghu jkunu ambigwi, li ghandhom aktar minn tifsira wahda, u ohrajn li ghad m'ghandniex fil-Malti u ghalhekk ikun irid johloqhom hu. Izda dan imbaghad jiddependi mill-esperjenza u l-gharfien lingwistiku tat-traduttur biex jiddeciedi liema terminu jkun joqghod l-ahjar fil-kuntest partikolari. Ghalhekk analizzajt xi termini fix-xoghol originali ta' Freud li jidhirli li setghu kienu pjuttost ambigwi, qabbilthom mat traduzzjoni ta' Joyce Crick u kkummentajt kif nahseb li ghandha tkun l-ahjar traduzzjoni possibbli ghalihom ghall-Malti. Qabbilthom ukoll ma' ekwivalenti ohra possibbli taghhom bil Malti. Kif juruna l-istudji fil-metalingwistika, il-lingwa tiddetermina l-kultura u l-imgiba ta' min trabba fil-pajjiz fejn dik il-lingwa hija mitkellma, u l-precizjoni hija karatteristika tal-lingwa Germaniza, li ghalhekk hija riflessa f'xoghlijiet ta' traduttur li ghex u trawwem f'kuntest kulturali u socjali Germaniz. Fil-fatt traduttur li jkun qed jittraduci test mill-Germaniz ghall-Malti perezempju, jista' jiltaqa' ma' diffikultajiet kbar, jekk it-test li jkun qed jittraduci ma jk:unx xoghol li sar minn xi hadd li l-ewwel lingwa tieghu hija l-Germaniz, u xi drabi dan ikun soggett ghal inkonsistenza u diffikulta ta' sintassi. F' dan il-kaz it-traduttur irid jiddeciedi hu kif se jittraduci, skont x'jahseb hu li ried ifisser min kiteb it-test originali. Ghalhekk fin-notamenti wrejt ukoll kif il-problema diga tkun tezisti jekk traduttur li l-isfond kulturali tieghu ma jkunx Germaniz, juza l-lingwa Germaniza biex jipproduci xi xoghol partikolarment b'kontenut filosofiku u psikologiku. B 'hekk urejt kemm il-problema tkun akbar, meta traduttur li l-isfond kulturali tieghu ma jkunx Germaniz, jittraduci xoghlijiet ta' din in-natura b'lingwa li tuza termini li jistghu ma jwasslux l-istess implikaturi, jew li jnaqqsu mill-implikaturi tat-termini tat-test originali, u ghamilt enfazi partikolari kif dawn id-diffikultajiet jezistu wkoll jew kif jistghu jissolvew fil-kaz tat-traduzzjoni ghall-Malti, u jekk ikun il-kaz, kif dawn m'ghandhomx ikunu ta' xkiel ghat-traduzzjoni ghall Malti u sahansitra kif jistghu jigu spjegati b'Malti mexxej meta mqabbel mal-Ingliz. Fin-notamenti ghamilt ghalhekk referenza ghal xi problemi li ltqajt maghhom fit traduzzjoni u tajt xi ezempji ta' xi termini li ghalihom hemm aktar minn terminu wiehed meta jinqalbu ghall-Malti. Ghalhekk tajt xi ragunijiet ghaliex it-traduttur irid joqghod attent liema terminu jrid juza li jkun japplika ghal dak il-kuntest partikolari. Tajt ukoll spjegazzjoni tad diversi processi u strategiji li uzajt fit-traduzzjoni tieghi u ta' aspetti grammatikali, lingwistici u kulturali kif ukoll tat-teorija tat-traduzzjoni ingenerali u liema aspetti applikajt fix-xoghol tieghi.
Description: M.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/71916
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtTTI - 2006-2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
M.A.TRANSLATION_ Borg_Eric_2010.pdf
  Restricted Access
5.88 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.