Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7314
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-01-07T14:56:01Z
dc.date.available2016-01-07T14:56:01Z
dc.date.issued2012
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7314
dc.descriptionM.A.MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin it-teżi, li tittratta t-tema tan-nazzjon fil-poeżija post-kolonjali Maltija, hija mnebbħa mit-teżi tiegħi l-oħra tal-Baċellerat fl-Arti. Peress li l-ewwel waħda kienet tiffoka fuq it-tema tan-nazzjon fil-poeżija ta’ Dun Karm, xtaqt li issa nelabora aktar dwar dan is-suġġett u l-mod kif kompla jiżviluppa wara l-indipendenza. Billi l-kunċett ta’ nazzjon ma jmurx lura aktar minn madwar mitejn sena billi fl-imgħoddi l-Ewropa kollha kienet taħt idejn ir-rejiet, l-imperaturi, il-Papa u n-nobbli, u kienet maqsuma f’għadd ta’ reġjuni, l-ewwel kapitlu se jistħarreġ l-aspett storiku tan-nazzjon. L-attenzjoni se tingħata lill-bidla li ħakmet l-Ewropa hekk kif tfaċċa l-Illuminiżmu li kien lest li jarmi l-valuri u s-sistema politika tal-imgħoddi u jħejji l-valuri l-ġodda msejsa fuq ir-raġuni, ix-xjenza u l-edukazzjoni. Filosfi illuministi bħal Voltaire, Rousseau u Diderot riedu jwaqqgħu l-ordni aristokratika u jeliminaw it-tagħlim medjevali tal-Knisja kattolika bil-għan li tinbena soċjeta` ġdida mibnija fuq it-talenti tal-individwu, u n-nobbilta` ma kellhiex tibqa’ l-aktar fattur importanti fil- ħajja. Dan il-moviment, li nfirex mal-Ewropa kollha f’ħakka t’għajn, kellu jwassal qajla qajla għar-Romantiċiżmu li kien jiffoka fuq is-sentiment tal-individwu aktar milli fuq il-kunċett razzjonali. Il-kittieba romantiċi kienu jagħtu prijorita` lill-immaġinazzjoni u lill-ambjent naturali meta r-rivoluzzjoni industrijali kienet fl-aqwa tagħha u kienet qiegħda teqred il-ħajja rurali. Issa l-bniedem ma baqax jitqies bħala ċittadin ta’ dinja waħda u sħiħa, iżda bħala ċittadin ta’ pajjiż partikulari mogħni b’għadd ta’ karatteristiċi li jagħżluh minn ċittadini oħra fosthom il-lingwa, id-drawwiet, ir-reliġjon, l-istorja u l-eroj.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMalta -- History -- 1964-en_GB
dc.subjectNationalism and literature -- Maltaen_GB
dc.subjectMaltese poetry -- 20th centuryen_GB
dc.titleIt-tema tan-nazzjon fil-poezija post-kolonjali Maltijaen_GB
dc.typemasterThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorTanti, Charmaine (2012)
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12MAMAL002.pdf
  Restricted Access
1.74 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.