Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73592
Title: Il-kunċett ta' żmien storiku u soċjali fir-rumanz Malti
Authors: Cutajar, Isabelle (2006)
Keywords: Maltese literature
Plots (Drama, novel, etc.)
Prose literature
Issue Date: 2006
Citation: Cutajar, I. (2006). Il-kunċett ta' żmien storiku u soċjali fir-rumanz Malti (Master’s dissertation).
Abstract: Matul l-eżistenza tiegħu, il-bniedem jagħmel vjaġġ kontinwu ta' tiftix għall-identita nazzjonali, soċjali u personali. L-individwu jittanta jifhem lilu nnifsu f dak li kien, dak li hu u dak li għad irid ikun. L-eżistenza umana tiegħu tinftiehem f'termini spazjo-temporali, li l- kittieba letterarji ta' kull żmien issieltu biex jirrappreżentawha fxogħlijiethom, frott ta' l- istess żmien. Għalhekk, il-letteratura tilqa' l-isfidi u l-kurrenti taż-żmien u taddattahom għal nisġa narrattiva jew poetika li tirrifletti l-istess żmien. Għalhekk, dan l-istudju janalizza l- kunċett ta' żmien fir-rumanz Malti bl-iskop li jispjega kif kull rumanz illokalizzat fi żmien u post partikolari huwa wkoll storiku. Sa miż-żminijiet bikrija tar-rumanz Malti, l-Istorja storika nazzjonali ta' pajjiżna, mimlija konflitti, taqbid bejn ħakkiem u iehor, tkasbir ta' l-imsejkna Maltin u żviluppi progressivi għall-kisba ta' qagħda aħjar, qanqlet bosta interess fl-intellettwali Maltin. Ir-rumanziera tal-bidu bħal Anton Manwel Caruana (1838-1907), Ġuże Muscat Azzopardi (1853-1927), Guze Galea (1901-1978) u Ġuże Aquilina (1911-1997), paxxew il-mentalita kollettiva Ii riedet tiddakkar mit-tagħlim u l-pjaċir ta' l-Istorja nazzjonali. Fit-tieni nofs tas-seklu ghoxrin il-qarrej spostja l-pjaċir letterarju tiegħu għal fuq rappreżentazzjonijiet soċjo-realistiċi. F' dan il-perjodu r-rumanzier modem, hu nnifsu kontributur ta' l-Istorja storika u soċjali, għafas aktar fuq ir-realiżmu biex jipproduċi n-narrattiva tiegħu bħala mera ta' din ir-realta.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73592
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
M.A.MALTESE_Cutajar_Isabelle_2006.pdf
  Restricted Access
10.5 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.