Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73613
Title: Il-Knisja ta’ Sant Anġlu
Authors: Terribile, Tony
Keywords: Chapel of St. Angelo of Jerusalem (Żejtun, Malta)
Bonici, Girgor, 1612-1697
Chapels -- Malta -- Żejtun
Żejtun (Malta) -- History
Issue Date: 1999
Publisher: Żejtun : Parroċċa Santa Katarina
Citation: Terribile, T. (1999). Il-Knisja ta’ Sant Anġlu. Iż-Żejtun : [festa ta' Santa Katarina V.M.], 1999, 39
Abstract: Il-Knisja ta’ Sant Anġlu li tinsab fil- misraħ ta’ quddiem id-dar kbira Aedes Danielis fiż-Żejtun, inbniet fl -1670 minn Gregorio Bonici u għalhekk din il-knisja hi guspatronat tal-familja Testaferrata Bonici Viani. Minn gewwa 1-knisja, fis-semplicita tagħha, għandha. arkitettura sabiħa, pilastri doppji ta' stil doriku, b' saqaf ċatt rnistrieli fuq it-travi. Tiġbed ħafna l-attenzjoni l-prospettiva ta' l-artal maġġur, magħmula minn żewġ kolonni, b'kapitelli korinti fuqhom u mimlija skultura fina. Din l-iskultura tispikka ħafna fil-gwarniċa tal-kwadru titulari, fil-frież baxx ta' fuqu u fil-gwarniċun li tagħlaq parti minn din il-prospettiva. Il-kwadru araw il-mewt tal-qaddis liebes l-abitu Karmelitan, mgħejjun minn żewġ anġli kbar filwaqt li fir-rokna tal-lemin naraw żewg anġli jġorru fidejhom is-simboli tal-martirju, waqt li fuqhom hemm dawl qawwi ħiereġ mis-sema.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73613
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCFAArc

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Knisjta ta_ Sant Anglu.pdf701.68 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.