Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73647
Title: Glossarju analitiku ta' termini marbuta maċ-ċinematografija
Authors: D'Amato, Fabio (2010)
Keywords: Encyclopedias and dictionaries
Cinematography
Translating and interpreting
Issue Date: 2010
Citation: D'Amato, F. (2010). Glossarju analitiku ta' termini marbuta maċ-ċinematografija (Master’s dissertation).
Abstract: Din it-teżi tfittex li tikkompila termini użati fil-qasam taċ-ċinematografija fl-Ingliz u tagħti l- ekwivalenti tagħhom fil-Malti flimkien ma' analiżi dettaljata. Fil-Malti ftit li xejn għandna termini marbuta maċ-ċinematografija għaliex f'pajjizna ċ-ċinema bħala industrija għadha trid tiżviluppa. Il-ftit kliem li nsibu huwa minħabba li huwa użat f'oqsma oħra aktar attivi hawn Malta li b'xi mod għandhom x'jaqsmu maċ-ċinematografija bħal ngħidu aħna d-drama, l-fotografija u x-xandir. Il-bżonn ta' terminologija Maltija marbuta maċ-ċinema għad jiżdied aktar ma l-attivita taċ-ċinematografija tikber fMalta. Fejn fil-Malti m'għandniex ekwivalenti tal-kliem Ingliz it-teżi tħares lejn diversi aspetti sabiex toħrog b'numru ta' soluzzjonijiet u alternattivi possibbli. L-aspetti tal-lingwistika u soċjolingwistika huma elementi importanti li jiddeterminaw l-għażla jew il-kreazzjoni tal-kliem fil-Malti. It-teorija tat-traduzzjoni hija kkunsidrata wkoll. F'każ li fil-Malti diġa hu mifrux l-użu tal-kelma bl-Ingliz, it-teżi tipproponi alternattivi oħra filwaqt li dejjem tagħti kas tar-regoli u l- istruttura tal-Malti u tispjega fid-dettall b'mod akkademiku r-raġunijiet għall-għażliet varji. It-teżi tikkunsidra termini minn aspetti kemm jista' jkun varjati marbuta maċ-ċinematografija li jinkludu fost l-ohrajn l-aspetti tal-kritika, teorija u movimenti differenti, l-aspett storiku, l- aspett tekniku, l-aspett tal-istil u ġeneri differenti, ismijiet ta' nies li jaħdmu fl-oqsma taċ-ċinematografija u termini ġenerali ohra.
Description: M.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73647
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtTTI - 2006-2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
M.A.TRANSLATION_D_Amato_Fabio_2010.pdf
  Restricted Access
4.27 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.