Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7368
Title: | Is-sehem tad-diskussjoni fit-tagħlim tal-ħiliet tal-lingwa fit-tielet sena tal-iskola sekondarja |
Authors: | Cauchi, Nadine Cauchi, Vanya |
Keywords: | Maltese language -- Study and teaching (Secondary) Language arts (Secondary) -- Malta Creative teaching -- Malta |
Issue Date: | 2012 |
Abstract: | F'din id-dissertazzjoni stħarriġna l-potenzjal tat-teknika tad-diskussjoni fit-tagħlim tal-ħiliet tal-lingwa, b'referenza partikulari għat-tielet sena tal-iskola sekondarja. Wara ħarsa ġenerali lejn l-għamliet l-aktar frekwenti tad-diskussjoni fil-lezzjonijiet tal-ħiliet tal-lingwa, ħarisna b'mod kritiku lejn id-diskussjoni fis-Sillabu tal-Malti għall-Iskejjel tal-Istat. Imnebbħa mill-ħtieġa ta' tagħlim aktar organizzat u innovattiv, fassalna sillabu li jinkludi ġabra ta' għanijiet għal-lezzjonijiet mibnija fuq l-użu tad-diskussjoni fil-klassi. B'rabta mas-sillabu tagħna, ipproponejna ġabra ta' lezzjonijiet bir-riżorsi għal magħhom, biex nuru fil-prattika kif din it-teknika meta mħaddma b'għaqal tista' twassal għal tagħlim aktar effettiv. Il-proposta tagħna kienet implimentata u evalwata qabel xejn minna stess bħala parti minn riċerka attiva biex intejbu l-prattika tagħna f'dan iż-żmien ta' formazzjoni professjonali. Ittieħdu wkoll xi opinjonijiet mingħand l-istudenti u għalliema ta' esperjenza, permezz ta' kwestjonarju u intervista rispettivament. Wara li evalwajna t-tliet għejjuni tal-evalwazzjoni, deher b'mod ċar li t-teknika tad-diskussjoni hija mezz effettiv li l-istudenti jistgħu jitgħallmu biha l-ħiliet tal-lingwa. |
Description: | B.ED.(HONS) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7368 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2012 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
12BED056.pdf Restricted Access | 9.5 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.