Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73806
Title: Żwieten fix-xogħol tal-faħam
Authors: Mercieca, Joe
Keywords: Coal trade -- Malta -- History
Żejtun (Malta) – Biography
Issue Date: 2003
Publisher: Żejtun : Parroċċa Santa Katarina
Citation: Mercieca, J. (2003). Żwieten fix-xogħol tal-faħam. Iż-Żejtun : festa [ta' Santa Katarina V.M.], 2003, 30-33
Abstract: Ilum il-ġurnata x-xogħol tal-faħam spiċċa għal kollox. Iż-żejt jew id-diesel ħa postu. Iżda dari, sa ftit iżjed minn sittin sena ilu, l-faħam kien jintuża biex iħaddem il-magni tal-bastimenti jew il-magni kbar fuq l-art, bħat-turbini tal-power station biex jipproduċu l-kurrent elettriku. In-nies tal-faħam kienu l-aktar ġejjin minn tlett irħula kbar ta' Malta. Dawn kienu miż-Żejtun, minn Ħaż-Żebbuġ u minn Ħal Qormi. jistgħu jinkitbu jew jigu rregistrati kemm ma' l-Armirall u kemm ma' diversi aġenti Maltin.Ir-reġstrazzjoni kienet bl-isem u l-kunjom tal-ħaddiem, kif ukoll bil-laqam tal-familja. Dan il-post kien jintiret fil-familja, għalhekk il-familji tal-ħaddiema tal-faħam kienu lkoll magħrufa fir-raħal tagħhom.Ix-xogħol tal-ħaddiema tal-faħam kien jikkonsisti prinċipalment fil-ħatt u ġarr ta' dan il-materjal iswed minn fuq il-vapuri għal ġarr ġewwa l-imħażen u minn ġarr ġol-imħażen għal fuq il-vapuri. Illum il-ġurnata dawn il-ħaddiema spiċċaw, jew aħjar sparixxew mix-xena lokali tax-xogħol, għax l-użu tal-faħam spiċċa għal kollox.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73806
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSILL

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
ZWIETEN FIX-XOGHOL TAL-FAHAM.pdf3.09 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.