Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/74687
Title: Ġanna Falzon (tal-Ġenwiża)
Authors: Spiteri, Ġorġ
Keywords: Falzon, Ġanna, 1897-1977
Confectioners -- Malta -- Żejtun -- Biography
Tal-Ġenwiża (Firm)
Żejtun (Malta) -- Biography
Żejtun (Malta) -- History
Issue Date: 2019
Publisher: Żejtun : Parroċċa Santa Katarina
Citation: Spiteri, Ġ. Ġanna Falzon (tal-Ġenwiża). (2019). Festa ta' Santa Katarina V.M., [Żejtun] 2019, 70-71
Abstract: Ġanna Falzon twieldet fiż-Żejtun fis-16 ta’ Settembru 1897. Ġanna kienet hi li bdiet id-dolċerija tal-Ġenwiża li għada magħrufa għat-tjubija ġenwina tal-biskuttini tagħha. Kienet il-karita’ li missiera għamel ma raġel fqajjar li mar il-ħanut tat-te li missiera kellu l-pjazza taż-Żejtun. Dan il-fqir kien stqar li ma kellux flus biex jagħmel festin tal-magħmudija u l-missier li kien jaf li bintu Ġiovanna kienet tant tħobb issajjar, staqsih sabiex tagħmillu ftit biskuttini tar-raħal u ftit tal-lewż morr. Minn dan l-att tal-karita’ xterdet il-kelma ma’ ħafna nies fuq il-benna ta’ dak il-ħelu li hi bdiet tagħmel, tant li kull ġimgħa kien ikollha lista ta’ ordnijiet għall-magħmudija. Tant kiber in-negozju li bdew jaħdmu għal ħafna tiġijiet minn madwar Malta. Il-ħanut tagħhom kien f’Main Street fiż-Żejtun. Wara xi żmien qasir id-dolċerija Tal-Ġenwiża għalqet il-bibien tagħha għall-aħħar darba.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/74687
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSILL
Parish of St. Catherine of Alexandria

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ganna Falzon.pdf1.22 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.