Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/76884
Title: It-tagħlim tal-kitba bil-Malti bħala lsien nattiv : proposta paradigmatika u metodoloġika
Authors: Spiteri, Alexander (1998)
Keywords: Applied linguistics
Linguistics -- Malta
Bilingualism -- Malta
Maltese -- Study and teaching
Issue Date: 1998
Citation: Spiteri, A. (1998). It-tagħlim tal-kitba bil-Malti bħala lsien nattiv : proposta paradigmatika u metodoloġika (Master's dissertation).
Abstract: Dan l-istudju għandu żewġ għanijiet prinċipali u tewmin: • li jiġi propost mod ġdid kif inħarsu lejn il-Malti u t-tagħlim tiegħu: il-Paradigma l-Ġdida tal-Malti; • li jiġi propost metodu ġdid ta' trawwim fil-ħila tal-kitba bil-Malti: il-Kitba-Bħala Proċess. L-istudju hu maqsum fżewġ partijiet. Jibda billi jaddotta qafas kunċettwali, il-Paradigma u l-Programm Metodoloġiku ta' Riċerka Edukattiva. Dan il-qafas jippermetti l-istħarriġ storiku-ideoloġiku ta' l-iżvilupp fil-kunċett tat-tagħlim ta' lsien. Permezz ta' dan il-qafas jiġi l-ewwel mistħarreġ l-iżvilupp ta' l-Ingliż bħala lsien nattiv matul iż-żminijiet, u l-implikazzjonijiet ta' dan għat-tagħlim tal-kitba. fJin ici-clf=iskrizzjoni sservi ta' kejl meta jsir l-istess tip ta' stħarriġ għall-Malti. Bħala riżultat ta' din l-analiżi, tiġi proposta l-Paradigma l-Ġdida tal-Malti bħala mod ġdid kif inħarsu lejn il-Malti u t-tagħlim tiegħu. F'dan il-kuntest, jiġi propost metodu partikolari għall-iżvilupp tal-ħila tal-kitba bil-Malti bħala lsien nattiv: il-Kitba-Bħala-Proċess, li jiġi ġġustifikat bit-teorija tal-proċess tal-kitba ta' Bereitner u Scardamalia (1987). Fit-tieni parti ta' l-istudju tiġi deskritta r-riċerka; din tfasslet skond dik li fil-Lingwistika Applikata tissejjaħ RiċerkaKażistika imma fis-sens ta' dak li fil-qasam ta' l-Edukazzjoni jissejjaħ Riċerkazzjoni. Permezz ta' dan, seta' jitqies kemm il-metodu tal-Kitba-Bħala-Proċess kien effettiv, u għalhekk kemm il-Paradigma l-Ġdida tal-Malti hi progressiva. Ir-riċerka saret matul sena waħda akkademika fl-iskola ta' San Kap rat, f Malta, ma' erbgħin student u studenta tat-tieni sena sekondarja b'taħlita ta' ħiliet fil-kitba u kompetenza fil-Malti. L-informazzjoni nġabret mill-kitbiet ta' l-istudenti matul is-sena skolastika, id-djarji ta' l-istudenti u d-djarju tiegħi tal-proċess edukattiv. Intużaw il-Qisien ta' Grice bħala l-għodda evalwattiva prinċipali biex jitqies l-iżvilupp fil-kitba ta' l-istudenti. L-analiżi ta' l-informazzjoni turi li t-tħaddim tal-metodu tal-Kitba-Bħala-Proċess fil-kuntest ta' l-ambjent edukattiv ta' l-iskola ta' San Kaprat wassal għal: • użu kreattiv u idjosinkratiku ta' l-elementi tal-Kitba-Bħala-Proċess • żvilupp sinifikattiv fil-ħila kompożittiva ta' l-istudenti li diġa' kellhom kompetenza tajba fil-kitba • żvilupp sinifikattiv fil-ħila kompożittiva ta' l-istudenti 'nattivi' li kellhom kompetenza batuta fil-kitba • żvilupp importanti fil-ħila kompożittiva ta' l-istudenti mhux 'nattivi' li kellhom kompetenza batuta fil-kitba • tnaqqis fil-frekwenza ta' żbalji ortografiċi imma mhux tant fil-medda. Dawn ir-riżultati jistgħu jitqiesu bħala indikazzjoni li l-Paradigma l-Ġdida tal-Malti hi progressiva. Hemm bżonn iktar rqim fl-addattament tal-Kitba-Bħala-Proċess għal ambjent edukattiv bħal ta' l-Iskola ta' San Kaprat u għal ambjenti edukattivi oħra. Dan il-metodu jrid jintrabat ma' metodi oħra li jsaħħu l-ħila u l-konsistenza fl-ortografija, biex l-iżvilupp tal-ħila fil-kitba jkun iktar sħiħ.
Description: M.A.LINGUISTICS
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/76884
Appears in Collections:Dissertations - InsLin - 1996-2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
M.A.LINGUISTICS_Spiteri_Alexander_1998 (1).pdf
  Restricted Access
11.87 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
M.A.LINGUISTICS_Spiteri_Alexander_1998 (2).pdf
  Restricted Access
9.2 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.