Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/77587
Title: | Fejn nizel Malta San Pawl |
Authors: | Cutajar, Luret |
Keywords: | Paul, the Apostle, Saint -- Travel -- Malta Paul, The Apostle, Saint -- Travel Paul, the Apostle, Saint -- Cult -- Malta |
Issue Date: | 1958 |
Publisher: | Dar ta' San Guzepp |
Citation: | Cutajar, L. (1953). Fejn nizel Malta San Pawl. Malta : Dar ta' San Guzepp. |
Abstract: | Ghalina l-Maltin, bhala wlied ta' pajjiz Nisrani, il-Migja ta' San Pawl fostna hi l-akbar grajja fost grajjietna. Jinghad mill-ibghad zminijiet li San Pawl dahal fejn il-lum inghidulu San Pawl il-Bahar. Imma San Pawl il-Bahar hija marsa kbira gmielha. Liema post fiha nizel? Fuq il-lemin jew fuq ix-xellug? 'Il gewwa jew 'il barra? Dan ghad mhux maghruf. L-ewwel wiehed li deherlu li jaf sewwa fejn San Pawl nizel, kien il-Kommendatur Abela. Dan ghazel il-Ponta tal-Gzejjer, l-aktar ponta li tidher f'San Pawl il-Bahar. Ma hix raguni tajba. Billi hi ras ta' art li tidher hafna ma jfissirx li nizel fiha San Pawl. U targa, fi grigal bhal dak ebda kaptan ma kien sa jsuq il-gifen fuq dik il-ponta. Fuq l-akbar wahda miz-zewg gzejjer, Salvu Borg waqqaf statwa ta' San Pawl. Deherlu, bhal Abela, li l-aktar post li jidher f'San Pawl il-Bahar huwa l-post li nizel fih l-Appostlu. Anqas din ma hu raguni: u grigal kif kien ma satax ikun li gifen jieqaf hemmhekk. Ir-rih u l-kurrent kienu jkarkruh 'il gewwa. Lord Strickland deherlu li San Pawl nizel fil-kanal ta bejn l-art u l-gzejjer. Imma kieku hares harsa 'l hemm xi darba waqt il-grigal bil-giri kien ibiddel hsiebu. Ghax hemm waqt il-grigal ma jistax ikun li jaqbdu l-art nies. Il-kurunell Behrend u l-Kaptan Smith qablu fil-fehma li San Pawl nizel x'imkien in-naha ta' Rdum il-Bies, taht it-talgha ta' Sem-Ghul. Imma hemm kif tista' semmih "zewg ibhra"? U la darba hemm ghal wicc ir-rih, kif tfisser it-tnizzil tat-tmunijiet? U kif ma ghareq hadd f'post fejn il-mewg jahbar hieles, fi grigal mill-ehrex? Anqas din ma ddoqq.Fl-ahhar, hemm Morton li ried ighid li San Pawl mizel Ras il-Qawra. Dan ma ghandux fiex qabbad ghar li l-post huwa lsien ta' art, li ghandu bahar minn hawn u bahar minn hemm. Ma qiesx li hemm blat mikxuf minn kullimkien u f'bahar qalil bhal dak anqas min jaf jghum daqs huta ma kien jaqbad art ahseb u ara hafna ma jafux ighumu, imqabbda ma' l-eghwied? Ghalhekk kif jara min jaqra dan il-ktieb, ma hemmx post iehor f'San Pawl il-bahar li jaqbel f'kollox ma' li halla miktub San Luqa ghajr ir-rokna ta' bahar imsemmija Thalassanejn. Jekk ikun hemm nies haffru u jsibu bicca statwa u mbaghad wara jsibu bicca ohra li taqbel f'kollox ma' ta l-ewwel, mhux kulhadd jaghraf li dawk il-bicciet huma ta' xulxin? Hekk ukoll, bhal zewg qasmiet ta' haga wahda, id-dahla Thalassanejn taqbel f'kollox ma' li kiteb San Luqa fuq l-inzul Malta ta' San Pawl. U hadd, ghajr min irid jiccajta jew ma hux f'sessih ma jista jichad li hu hekk. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/77587 |
Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCPPRChr |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Fejn_nizel_Malta_San_Pawl_1953.pdf Restricted Access | 2.6 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.