Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79217
Title: L-Arkivju tal-Katidral ta' l-Imdina : aspetti ta' aċċess u preservazzjoni
Authors: D'Anastas, Noel (2008)
Keywords: Catholic Church. Archdiocese of Malta. Kapitlu tal‑Katidral Metropolitan
Mdina Metropolitan Archives (Mdina, Malta)
Malta -- Church history -- Sources
Issue Date: 2008
Citation: D'Anastas, N. (2008). L-Arkivju tal-Katidral ta' l-Imdina: aspetti ta' aċċess u preservazzjoni (Bachelor's dissertation).
Abstract: L-Arkivju tal-Katidral, dak li għal ħafna jafuh fil-binja tal-Mużew tal-Katidral, is-seminarju l-antik, illum jinsab f’binja oħra fl-Imdina. L-istorja tal-iżvilupp ta’ dan l-arkivju ma tmurx biss meta dan infetaħ b’mod uffiċjali għall-istudjużi akkademiċi u riċerkaturi fl-1969 meta propju ġie inawgurat il-Mużew, iżda snin qabel. L-arkivju tal-Kapitlu Metropolitan iħaddan ir-rekords uffiċjali u amministrattivi li jara l-attivita` u l-funzjoni kontinwa tal-Kaptilu minn żminijiet antiki, ħafna snin qabel it-terremot ta’ l-1693. Matul is-snin, l-arkivju tal-Katidral żdidulu żewġ arkivji oħra kbar – l-Arkivju ta’ l-Inkwiżizzjoni u dak tal-Pro-Vigarjat ta’ l-Imdina. Dan l-istudju huwa bbażat fuq l-aspetti ta’ l-aċċess u l-preservazzjoni tad-dokumentazzjoni maħluqa u organizzata mill-Kapitlu, rekords li jitfgħu dawl fuq il-ħajja soċjo-reliġjuża, kultura u artistika ta’ pajjiżna. Huma l-fondi arkivistiċi li jagħmlu l-arkivju. Dan huwa diskuss b’mod komprensiv fl-ewwel kapitlu fejn tingħata ħarsa lejn l-importanza tad-dokumentazzjoni għall-istituzzjoni, iż-żamma u l-konservazzjoni tagħhom, kif ukoll x’għejun kienu għar-riċerkatur biex kiteb u interpreta l-istorja. It-tieni kapitlu jagħti ħarsa b’mod dokumnetat, sorsi primarji meħuda mir-reġistri u manuskritti li jinsabu fl-istess arkivju, il-mod fejn id-dokumentazzjoni kieent merfugħa fid-diversi binjiet, l-armarji u xkaffar, u dak li ntefaq biex titħares il-memorja miktuba. L-aspett tal-konservazzjoni huwa ffukat b’mod xjentifiku fit-tielet taqsima fejn tingħata ħarsa fid-dettall lejn diversi apsetti u miżuri li ttieħdu matul is-snin biex l-arkivju jkun preservat, it-twelid u l-waqgħa tal-proġett tal-majkrofilming mill-Amerikani, u l-laboratorju għar-restawr tal-karta. L-aċċess għar-rekord jagħmel l-arkivju ħaj. X’wassal biex l-arkivju nfetaħ? Min kien qed jikkonsultah? U min għen biex titkattar ir-riċerka f’dan l-arkivju? X’abbużi seta’ kien hemm u kif kienet qed tinżazmm ir-riċerka fil-bosta binjiet matul is-snin? Dawn ġew analizzati fit-tul fir-raba’ u l-aħħar kapitlu.
Description: B.L.I.A.S.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79217
Appears in Collections:Dissertations - FacMKS - 1988-2012
Dissertations - FacMKSLIAS - 1988-2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.L.I.A.S._D_Anastas_Noel_ 2008.pdf
  Restricted Access
12.99 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.