Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79947
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2021-08-17T11:24:18Z-
dc.date.available2021-08-17T11:24:18Z-
dc.date.issued2021-
dc.identifier.citationCiantar, K. (2021). L-għoti tal-ġens grammatikali lil nomi missellfa mill-Ingliż minn oqsma semantiċi differenti (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79947-
dc.descriptionB.A. (Hons)(Melit.)en_GB
dc.description.abstractDin it-teżi tikkonsisti minn seba’ kapitli ewlenin. L-ewwel kapitlu huwa wieħed introduttorju li joffri introduzzjoni ħafifa tas-suġġett. Ifisser ukoll l-għanijiet prinċipali ta’ din ir-riċerka u jagħti stampa ċara ta’ kif inhi mqassma din it-teżi u fiex jikkonsistu l-kapitli ewlenin. It-tieni kapitlu jħares lejn numru ta’ xogħlijiet li trattaw dan is-suġġett. Fih issir referenza għal xi xogħlijiet lokali kif ukoll internazzjonali li, b’xi mod jew ieħor, ikkontribwew għall-għarfien u l-iżvilupp ta’ dan is-suġġett. Dan il-kapitlu apparti li jagħti ħarsa dettaljata lejn x’inhu l-ġens grammatikali, jittratta wkoll kif oriġinat din il-kategorija grammatikali, jitkellem fuq kif taħdem f’ilsna differenti u l-mekkaniżmi użati, u kif taffettwa l-grammatika fost l-oħrajn. It-tielet kapitlu jittratta l-metodoloġija użata għal din ir-riċerka. Fih hemm spjegat kif mexxejt din ir-riċerka, il-metodu użat, l-għodda tar-riċerka u kif inbniet, l-għażla tal-varjabbli soċjolingwistiċi u l-parteċipanti, kif ġie magħżul il-kliem għal din it-teżi, kif ukoll xi konsiderazzjonijiet etiċi li kien hemm bżonn jittieħdu għal studju bħal dan fost l-oħrajn. Ir-raba’ u l-ħames kapitlu jippreżentaw ir-riżultati li nġabru mill-kwestjonarji mqassma lill-mitt parteċipant u l-analiżi u d-diskussjoni dwarhom. Ir-raba’ kapitlu jiffoka fuq l-analiżi tad-dejta skont il-varjabbli tas-sess, waqt li l-ħames kapitlu jiffoka fuq l-analiżi tad-dejta skont il-varjabbli tal-età. Jikkonsistu wkoll minn numru ta’ tabelli li jgħinu lill-qarrej jifhem aħjar dak li nstab mir-riċerkatriċi. Is-sitt kapitlu huwa dedikat għall-punti u r-riżultati li ħarġu mill-analiżi tad-dejta. Fih issir enfasi fuq dak li ġie nnutat b’rabta mal-ipoteżi u l-għanijiet ta’ din it-teżi. Is-seba’ u l-aħħar kapitlu jiġbed il-konklużjonijiet ġenerali li ħarġu minn dan ix-xogħol. Fil-konklużjoni wieħed jista’ jsib ukoll xi limitazzjonijiet ta’ dan l-istudju u xi suġġerimenti għall-futur. Dawn il-kapitli huma segwiti mill-biblijografja u l-appendiċi li huwa mqassam f’għaxar sezzjonijiet li jikkonsistu minn informazzjoni, formoli u tabelli li ntużaw għal din it-teżi. It-tabelli jistgħu jgħinu lill-qarrej jifhem aħjar ir-riżultati f’aktar dettall għaliex juru tabelli li ħarġu mill-SPSS u xi dijagrammi oħrajn.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Grammaren_GB
dc.subjectMaltese language -- Nounen_GB
dc.subjectMaltese language -- Genderen_GB
dc.subjectMaltese language -- Foreign words and phrases -- Englishen_GB
dc.subjectEnglish language -- Influence on Malteseen_GB
dc.titleL-għoti tal-ġens grammatikali lil nomi missellfa mill-Ingliż minn oqsma semantiċi differentien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCiantar, Kyleen (2021)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2021
Dissertations - FacArtMal - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21BAMAL005.pdf
  Restricted Access
4.51 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.