Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81154
Title: Id-disa' forma verbali fil-Malti : studju deskrittiv u komparattiv
Authors: Borg, Steven (2005)
Keywords: Maltese language -- Verb
Maltese language -- Grammar
Maltese language -- Morphology
Issue Date: 2005
Citation: Borg, S. (2005). Id-disa' forma verbali fil-Malti : studju deskrittiv u komparattiv (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Minn fost il-kategoriji grammatikali kollha tal-lingwa Maltija dan ix-xoghol ser jittratta l- kategorija tal-verb. Anzi se jkun aktar specifiku billi minn fost din il-kategorija li testendi fuq tnax-il Forma verbali (minn I sa X u minn KI sa K2) jiffoka biss fuq id-disa' Forma li thaddan verbi li jsegwu l-forma 12a3. Ix-xoghol jibda billi jintroduċilna l-karatteristici ewlenin ta' din il-Form. Principarjament, il-kapitlu dwar il-karatteristici ewlenin ta' din il-Forma (Kap.1) ser jistharreg il-fatt li d-disa' Forma verbali hija meqjusa bhala Forma rari. Fiex hija rari, kemm hija rari, u f'liema tip ta' verbi hi partikularment rari? Hemm differenza bejn ir-rarita tal-verbi Ii juru akkwist ta' kwalita/stat u l-verbi ta' l-istess Forma li juru akkwist ta' kulur? It-tieni kapitlu jinkludi fih stharrig fuq bazi ta' analizi storika kif ukoll sinkronika tal-forma 12a3 li thaddan din il-Forma verbali. Din il-klassi ta' verbi f'kull grammatika Maltija ssemmiet? Kulhadd interpretaha bl-istess mod il-forma 12a3? Din il-klassi ta' verbi dejjem kellha din l-istess forma? B'hekk ser niflu x'qalu bosta grammatki u studji grammatikali sabiex jitwiegbu dawn il-mistoqsijiet kollha u hafna ohrajn. Meta nigu biex niddiskutu nisel id-disa' forma, qabelxejn ser issir distinzjoni bejn l-izvilupp storiku ta' dan il-fattur lingwistiku (jigifieri minn liema lingwa/djalett/i zviluppat il-forma 12a3 ta' dawn il-verbi) u t-tnissil grammatikali ta' din il-klassi ta' verbi (li jurina minn liema kategorija grammatikali tohrog il-forma 12a3). Il-grammaturgi Maltin kollha jaqblu Ii din il-Forma tnisslet mill-istess kategorija grammatikali? Wara dan, se nharsu lejn il-klassifika numerika ta' dik li llum inqisu bhala d-disa' forma, biex naraw jekk din il-klassifika nbidlitx minn grammaturgu ghal iehor u minn zmien ghal zmien. Fl-analizi sinkronika naraw il-bidliet inflezzjonali Ii tghaddi minnhom il-forma 12a3 ta' dawn verbi sabiex nuru t-temp, il-ghadd u I-gens. Naraw ukoll l-imperattiv tad-disa' Forma verbali kifukoll dawk Ii gieli ssejhu 'participji passivi' u n-'nomi verbali' taghha. Kapitlu tnejn jesponi wkoll il-korp kollu ta' verbi tad-disa' Forma li ngabru ghall-ewwel darba mid-dizzjunarju Maltese-English Dictionary, (1987-90), ta' J.Aquilina (1911-97). Barra minn hekk l-asssocjazzjonijiet ta' forom ohra grammatikali (fosthom il-Forom verbali, l-aggettivi, 'in-nomi verbali', kif ukoll il- 'participji passivi ') mal-verbi tad-disa' Forma gew rapprezentati f'tabelli apposta sabiex il-qarrej ikun jista' jara facilment id-distribuzzjoni ta' dawn il-forom fit-tabelli b'relazzjoni mal-verbi tad-disa' Forma verbali. F'taqsima 3.5 ta' Kap.2 issir analizi fil-fond dwar dawn l-assocjazzjonijiet. Fit-tielet kapitlu nistharrgu d-disa' Forma verbali mill-punt di vista tat-tifsira. Dan il-kapitlu huwa bbazat fuq analizi storika u sinkronika wkoll. B'mod partikulari nharsu lejn l-izvilupp tat-tifsira ta' din il-Forma verbali Maltija kif jidher fil-grammatki mill-bidu jigifieri mill-1750) sal-lum. Id-disa' Forma minn dejjem kellha l-istess tifsira? Ziedet jew naqqset mat-tifsira Ii kienet thaddan fil-lingwa Gharbija Klassika u fid-djaletti taghha, li huma l-origini tal-lingwa taghna? Hemm Forom verbali Gharab relatati semantikament maghha? Minbarra s-semantika nistharrgu l-funzjoni grammatikali (sintattika) ta' din il-Forma kif tohrog mill-grammatki matul iz-zmien. Fl-analizi sinkronika naraw it-tifsira Ii thaddan din il-Forma llum kif ukoll it-tifsiriet tal-forom grammatikali li huma assocjati mad-disa' Forma jew 'imnisslin' minnha. Fl- appendici wiehed jista' jsib kopja tal-kwestjonarju Ii tqassam biex minnu johorgu l- gradi ta' rarita tad-disa' Forma verbali, kopja ta' xi partijiet li l-aktar Ii gew ikkonsultati fil-grammatki waqt dan ix-xoghol, kif ukoll il-gabra tal-verbi tad-disa' Forma mid-dizzjunarju ta' Aquilina bl-etimologija ghal kull verb.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81154
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Borg_Steven_2005.pdf
  Restricted Access
13.11 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.