Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81479
Title: Dun Frans Camilleri fil-qasam letterarju
Authors: Mifsud, Mary Doris (1976)
Keywords: Camilleri, Frans, 1919-1990 -- Criticism and interpretation
Maltese literature -- 20th century
Issue Date: 1976
Citation: Mifsud, M.D. (1976). Dun Frans Camilleri fil-qasam letterarju (Bachelor's dissertation).
Abstract: S’issa studju dwar Dun Frans Camilleri sar biss f’xi riċensjonijiet dwar il-kotba tiegħu u studju dwar Dun Frans Camilleri f’’L-Għanja Ta’ Ħajti’ minn Alfred Mallia Zarb. Għalhekk, ħassejt li aħjar nagħti ħarsa lejn is-sehem li ta dan is-saċerdot – kittieb fil-qasam letterarju Malti. Kien għalhekk li semmejt it-teżi tiegħi ‘Dun Frans Camilleri fil-Qasam Letterarju’. Rajt li l-aħjar ħġa tkun li nagħmel kuntatti ma’ Dun Frans innifsu, li ħadd ħliefu ma jista’ jagħti tagħrif aktar eżatt dwar il-kitbiet tiegħu. Fittixt ukoll li nikteb lil nies li kienu jafu lil Dun Frans, kemm fl-attivitajiet soċjali tiegħu, kif ukoll f’dawk letterarji. Kelli ngħarbel ukoll dawk il-kotba, gazzetti u rivisti li fihom kien kiteb Dun Frans. Dan kelli nagħmlu biex stajt nara l-ħeġġa kontinwa li kellu Dun Frans lejn il-kitba bil-Malti. Din it-teżi hija mqassma f’erba’ taqsimiet. L-ewwel taqsima li titratta dwar il-Bijografija hija maqsuma fi tnejn, fejn itrattajt l-attivitajiet soċjali u dawk letterarji f’żewġ taqsimiet differenti, minħabba li Dun Frans ta sehmu fiż-żewġ oqsma u għalhekk hassejt, li jkun tajjeb jekk nuri l-ħidma bla waqfien, li Dun Frans għadu jagħti sal-lum f’dawn iż-żewġ oqsma. Fit-taqsima ‘Dun Frans Camilleri : Poeta’, insibu disa’ taqsimiet fejn jiena ppruvajt noħroġ ix-xejriet differenti li jhaddem Dun Frans fl-poeżija, sew għal dawk li huma elementi, kif ukoll għal dak li hu xebh u għal dik li hi metrika. Il-mertu ta’ Dun Frans bħala kittieb ta’ ‘essays’ jidher fit-tielet taqsima ‘Dun Frans Camilleri : ‘Essayist’’. Waqt li fir-raba’ taqsima, jien għidt xi ħaġa dwar xi kitbiet oħra ta’ Dun Frans, li dehru f’xi gazztti jew f’xi rivisti.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81479
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Mifsud_Mary_ Doris_1976.pdf
  Restricted Access
12.57 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.