Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81484
Title: Il-Professur Ġ. Aquilina : 'essayist'
Authors: Muscat, Ġorġ (1973)
Keywords: Aquilina, Ġużè, 1911-1997 -- Criticism and interpretation
English essays -- 20th century
English essays -- Maltese authors
Issue Date: 1973
Citation: Muscat, Ġ. (1973). Il-Professur Ġ. Aquilina: 'essayist' (Bachelor's dissertation).
Abstract: Il-Professur Ġ. Aquilina hu magħruf biżżejjed għax-xogħol tiegħu fil-qasam lingwistiku. Iżda barra mil-lingwistika, Aquilina hu magħruf ukoll fil-qasam letterarju. Hu kittieb ta’ rumanz, diversi drammi, poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż u kittieb ta’ disa’ kotba ta’ ‘essays’. L-‘essays’ tiegħu, li huma l-kitbiet li l-aktar jinteressawna f’dan l-istudju, jinfirxu f’dawk li għandhom x’jaqsmu mar-reliġjon, riforma soċjali, edukazzjoni u idejoloġija. Kif wieħed jista’ malajr jintebah, dawn huma kollha suġġetti li jistgħu jitqiesu kontroversajli, l-aktar meta wieħed iqis li Aquilina dejjem kien favur it-titjib f’dawn l-oqsma kollha u ma beżgħax juri fehmtu minkejja li ħafna drabi kellu joqros lil ħafna nies fil-laħam il-ħaj. Aqulina jqiegħed il-punt bażiku tal-argument fit-titlu tal-‘essay’ u jkompli billi bl-għajnuna ta’ argumenti loġiċi u faċli biex jinftiehmu jwessa’ l-argument tiegħu u ħafna drabi jasal biex jikkonvinċi lill-qarrej. L-għan ta’ din it-teżi hu li turi l-idejat ewlenin tal-Prof. Aquilina, u dawn insibuhom l-aktar f’dawk is-suġġetti li għandhom x’jaqsmu mar-reliġjon, idejoloġija, edukazzjoni u riformi soċjali. Semmejt biss, għalhekk, dawk l-‘essays’ li huma rilevanti għas-suġġett li kien qed jiġi diskuss, u ħafna minnhom meħuda minn ‘The Bulletin’ fejn dehru taħt divers psewdonomi fosthom ‘Erasmus’, ‘Dionisius’, ‘John Citizen’, ‘Man in the Street’ u oħrajn. Minħabba f’hekk l-awtentiċita` ta’ xi artikli tista’ tkun fid-dubbju, iżda din hi ħaġa wisq improbabbli minħabba li l-istil ta’ Aquilina jingħaraf.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81484
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Muscat_Gorg_1973.pdf
  Restricted Access
38.79 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.