Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81487
Title: Patri Manwel Magri S.J. : ħajtu u ħidmietu
Authors: Muscat, Maria (1974)
Keywords: Magri, Manwel, 1851-1907 -- Criticism and interpretation
Folklorists -- Malta
Folklore in literature
Fables, Maltese -- Malta
Issue Date: 1974
Citation: Muscat, M. (1974). Patri Manwel Magri S.J.: ħajtu u ħidmietu (Bachelor's dissertation).
Abstract: L-isem ta’ Patri Manwel Magri S.J. tiltaqa’ miegħu sa minn fuq il-bankijiet ta’ l-iskola primarja, meta l-ħrejjef miġburin minnu jinqraw mill-kotba ‘Ġabra ta’ Ward’. Ix-xewqa tiegħi kienet li nsir naf min kien dan il-bniedem li bil-merti kollha nistgħu nxebbhu xogħlu ma’ dak li wettqu l-Aħwa Grimm fil-Ġermanja u Giuseppe Filtre’ fi Sqallija. Għalhekk l-Ewwel Taqsima ta’ dan ix-xogħol, għall-interess ukoll tal-qarrejja, ridt nagħti tagħrif bijografiku dwar Patri Magri li jiena ksibt minn tiftix tiegħi fl-Arkivju tal-Provinċja Maltija tal-Kumpanija ta’ Ġesù (Dar Loyola, in-Naxxar) u fil-gazzetti ta’ snin ilu għaliex Magri ilu mejjet sa mill-1907; u minn kitbiet bijografiċi fil-qosor ta’ awturi oħra. Il-ħsieb tiegħi f’dan ix-xogħol kien li niġbor flimkien il-ħajja ta’ Patri Magri u l-ħidmiet tiegħu, li jinfirxu f’oqsma differenti, u fl-istess ħin noħroġ is-siwi kbir ta’ ħidmietu. Fit-Tieni Taqsima, tkellimt dwar il-kitbiet folkloristiċi li dehru għall-ewwel darba mill-1900 sa l-1907 fis-sensiela tal-‘Cotba tal Mogħdija taż-Żmien’ maħruġa minn Alfonsu Maria Galea. Fl-ewwel kapitlu għamilt studju dwar l-għan u s-siwi tal-ġbir tal-ħrejjef minn Patri Magri u n-nisġa tal-ġrajja nnifisha ; waqt li fit-tieni kapitlu l-istudju tiegħi kien dwar il-qwiel miġbura li minnhom joħroġ tagħrif kbir folkloristiku. Fil-kitbiet folkloristiċi tiegħu Magri joħroġ bit-teorija Feniċja – li tkellimt fuqha fit-tielet kapitlu fejn urejt ukoll kif din it-teorija ntlaqgħet minn studjużi oħra. Fir-raba’ kaptilu għamilt studju lingwistiku tal-kliem li Patri Magri fisser fil-qiegħ tal-paġna matul il-kitbiet folkloristiċi tiegħu u li s’issa kienu għadhom ma ġewx studjati għalihom, ilkoll f’daqqa. Fit-Tielet Taqsima ġbart flimkien ħidmiet oħra ta’ Patrri Magri, hekk li fl-ewwel kapitlu tkellimt dwar is-sehem tiegħu fl-istudju ta’ l-arkeoloġija ta’Malta u fit-tieni kapitlu dwar it-tmexxija f’idejh tal-Bibljoteka Ċirkulenti Kattolika – li tiftaħ paġna ġdida fl-Istorja tal-Bibljoteki f’Malta. Fit-tielet kapitlu wettaqt studju fil-qasir dwar il-ktejjeb storiku-leġġendarju miktub minn Magri u msejjaħ ‘Cenni Storici Sul Sentuario Nazionale di S. Maria tal-Qala’ (1905).
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81487
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Muscat_Maria_1974.pdf
  Restricted Access
8.62 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.