Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81528
Title: Il-folklor fir-rumanz storiku u/ jew romantiku Malti
Authors: Said, Marlene (1975)
Keywords: Malta -- Social life and customs
Folklore -- Malta
Folklore in literature
Maltese fiction -- 19th century
Maltese fiction -- 20th century
Issue Date: 1975
Citation: Said, M. (1975). Il-folklor fir-rumanz storiku u/ jew romantiku Malti (Bachelor's dissertation).
Abstract: Il-għan ewlieni ta’ din it-teżi hu li joħroġ is-sehem tal-folklor fir-rumanz storiku u/jew romantiku Malti u li jinġabru fi klassifika l-elementi folkloristiċi li jħaddmu r-rumanziera fih; għalhekk, dwar il-folklor, il-ħsieb tiegħi hu klassifikattiv, u jekk jeħtieġ komparattiv ukoll. Għal-letteratura, b’riferenzi għar-rumanz storiku u/jew romantiku, il-ħsieb tiegħi jkun funzjonali. Biex inħaffef ix-xogħol għall-qarrej, se nibda bil-bibliografija tar-rumanz li kklassifikajt u studjajt u tal-kotba l-oħra li għenuni għal dan il-għan. Wara jiġu t-“Taqsiriet għar-Ruamnzi Mistħarrġa’. Fid-daħla rrid nuri l-ħtieġa li l-elementi folkloristiċi kollha fil-letteratura Maltija jinġabru u jkunu kklassifiakti u mistħarrġa kif se nagħmel jien għar-rumanz storiku u/jew romantiku Malti. Biex jintlaħaq il-għan ta’ din it-teżi, jiġifiieri li l-foklor miġbur u mistħarreġ jitqiegħed fil-kuntest storiku, soċjali u kulturali tiegħu, għandha ssir analiżi ħafifa tar-rumanz storiku u/jew romantiku Malti li, għalkemm għandu l-istess tifsila tal-kitba letterarja li ħarget mill-Moviment Romantiku Ewropew, inbniet bi ħwejjeġ tagħna. Wara, stħarriġt fil-qosor in-natura tar-rumanz storiku u/jew romantiku u tal-folklor biex nagħti ideja sħiħa ta’ x’naħseb dwar dawn iż-żewġ termini. Fl-aħħarnett, mal-kelmtejn t fuq il-metodu tiegħi f’din it-teżi, tajt ukoll xi hjiel tal-foklor barrani li l-kittieba Maltin daħħlu fir-rumanzi tagħhom, u li jiena ma daħħaltux fil-klassifika tiegħu. Wara d-daħla fl-ewwel taqsima, jiġu s-sitt taqsimiet tal-klassifika. Fil-werrej ta’ wara kull taqsima jidher f’liema mir-rumanzi mistħarrġa jinsab is-suġġett imsemmi u f’liema faċċata. Il-werrej ġenerali u ż-żjidiet ta’ qablu jiġu wara t-taqsimiet. Minħabba fil-wisa’ li jieħdu l-ismijiet tar-rumanzi f’noti f’qiegħ il-paġni, inqdejt bl-istess taqsiriet ta’ l-indiċi. Għal dak lu għandu x’jaqsam mas-siltiet miktuba b’ortografija qadima, ġibnhom bl-ortografija ta’ llum, sew fit-taqsimiet kif ukoll fiż-żjidiet.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81528
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Said_Marlene_1975.pdf
  Restricted Access
15.85 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.