Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81681
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2021-10-04T07:44:00Z-
dc.date.available2021-10-04T07:44:00Z-
dc.date.issued2006-
dc.identifier.citationSpagnol, M. (2006). Muftieħ għall-vokabolarju Malti: mudell għat-twessigħ tar-riżorsi lessikali (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81681-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIx-xogħol hu maqsum f'żewġ partijiet ewlenin. Fl-ewwel parti nittratta l-qafas teoriku li fuqu hi mibnija t-tieni parti. L-ewwel kapitlu jfittex id-definizzjoni tal-vokabolarju li taw diversi kittieba, ħafna drabi permezz ta' metafori suġġestivi, u lejn id-daqs tal-lessiku b'mod ġenerali. It-taqsima ta' wara tiffoka fuq il-vokabolarju ta' lsien partikolari, il-Malti, u telenka d-dizzjunarji li ppruvaw jiġbru l-lessemi tal-lingwa. Fl-aħħar jagħti ħarsa fuq fuq lejn kemm nafu u kemm nużaw mil-lessiku b'mod individwali. Fit-tieni kapitlu tiġi mistħarrġa l-kelma bħala l-unità bażi tal-vokabolarju u r-rabta tagħha mal-ħsieb. Wara li mmiss xi assoċjazzjonijiet metaforiċi li nbnew madwar l-idea tal-kelma, inħares lejn id-diffikultajiet li wieħed isib biex jiddefinixxi l-kelma permezz tat-terminu tradizzjonali. Il-kliem mhux maqtugħ għalih waħdu imma qiegħed f’relazzjonijiet mal-kliem l-ieħor. M'hemmx deskrizzjoni semantika wahda li tkopri dawn ir-relazzjonijiet kollha. Fost il-metodi tradizzjonali hemm id-dizzjunarju li jelenka l-kliem f'ordni alfabetiku u jagħti t-tifsir bażiku u sekondarju ta' kull kelma. lt-tielet kapitlu jeżamina l-metodoloġiji ewlenin tas-semantika lessikali; jiġifieri (i) ix-xebh semantiku inawgurat minn Jost Trier li fuqu hi msejsa l-analiżi ta' l-għelieqi semantiċi, (ii) ir-relazzjonijiet lessikali (is-sinonimija, l-antonimija, ecc.) li għażilhom sistematikament għall-ewwel darba John Lyons, u (iii) ir-relazzjonijiet lessikali sintagmatiċi ta' Walter Porzig, l-aktar il-kollokazzjoni. Fit-tieni parti tax-xogħol nesplora l-vokabolarju Malti ta' żewġ oqsma u nuri kif wasalt għaż-żewġ mudelli li qed inressaq. L-ewwel żewġ taqsimiet tar-raba' kapitlu jħarsu lejn l-importanza tal-vokabolarju bħala sistema dinamika li tibqa' tiżviluppa mill-ewwel sa l-ahhar jiem ta' hajjitna. Wara li nistharreg il-metodi tradizzjonali ta' kif jiġi mgħallem il-vokabolarju, niffoka fuq l-għelieqi semantiċi, il-kollokazzjonijiet, ir-relazzjonijiet ta' sens u l-istampi bħala erbgħa mill-aktar sistemi li jaqdu l-bżonnijiet ta' dan il-qasam tal-pedagoġija. Fil-parti li jmiss nelenka xi xogħlijiet bil-Malti li jinqdew b'dawn il-metodi u jippreżentaw il-vokabolarju f’kunċetti ewlenin u nagħti valutazzjoni ħafifa ta' wħud minnhom. Fl-aħħar taqsima nagħti l-kriterji li bihom wasalt għall-għażla taż-żewġ oqsma u tal-kliem li nittratta fihom, il-metodu kif ġbart il-lessemi u kif organizzajthom. Il-ħames u s-sitt kapitlu huma mqassma bl-istess mod. Fl-ewwel parti nintroduċi s-suġġett tat-temp f’kapitlu, u tal-partijiet tal-ġisem f’ieħor. Fit-tieni parti nippreżenta diversi relazzjonijiet li jidħlu fihom il-lessemi bażiċi taż-żewġ għelieqi u fit-tielet parti nagħti l-motivazzjonijiet ta' liema kliem ninkludi u liema nħalli barra. Fl-aħħar taż-żewġ kapitli nippreżenta ż-żewġ mudelli għat-twessigħ tar-riżorsi lessikali li nittama li jintlaqgħu tajjeb bħalma ntlaqgħu mill-kampjun żgħir ta' nies bejn l-għaxar snin u t-tmintax-il sena li kellhom iċ-ċans jaraw ix-xoghol.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Lexicologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Vocabularyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Semanticsen_GB
dc.subjectTerminologyen_GB
dc.subjectHuman body and language -- Maltaen_GB
dc.titleMuftieħ għall-vokabolarju Malti : mudell għat-twessigħ tar-riżorsi lessikalien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSpagnol, Michael-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Spagnol_Michael_2006.pdf
  Restricted Access
9.2 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.