Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82926
Title: It-teatru Malti u ċ-ċensura
Authors: Bondin, Phyllis (2010)
Keywords: Censorship -- Malta
Performing arts -- Malta -- 21st century
Arts -- Censorship -- Malta
Theater -- Malta
Issue Date: 2010
Citation: Bondin, P. (2010). It-teatru Malti u ċ-ċensura (Bachelor's dissertation).
Abstract: Is-sena 2009 tibqa' mfakkra bħala s-sena meta ċ-ċensura reġgħet għolliet rasha f'pajjiżna. Inqalgħet il-kontroversja dwar id-dramm "Stitching" ta' Anthony Neilson, li kien miżmum milli jittella' fit-teatri Maltin, kif ukoll aktar 'il quddiem inqalgħet il-kontroversja dwar ir-rakkont "Li Tkisser Sewwi". Iżda kif sejrin naraw fil-kapitli li ġejjin il-kwistjoni taċ-ċensura bdiet tinħass żmien ilu, kemm ġewwa Malta kif ukoll f'pajjiżi barranin. Infatti Mario Azzopardi li huwa d-direttur tad-"Drama Centre" jinfurmana li l-oxxenita' fil-palk u fit-teatru ilha teżisti minn żmien Lisistrata tal-Griegi, kummiedja dwar kif in-nisa jxennqu lill-irġiel bis-sess u ma jħalluhomx jorqdu magħhom qabel ma jtemmu l-gwerra. Platun innifsu kellu argumenti mill-iżjed riġidi dwar iċ-ċensura u ħafna aktar qribna kien hemm il-fissazzjoni anti-sesswali tal-Vittorjani. Insibu wkoll il-proċess kontra Oscar Wilde dwar l-omosesswalita' u s-sodomija u l-proċess kontra "Lady Chatterley's Lover" ta' D.H. Lawrence, fejn dan kiteb ktieb li daħal fost il-ħafna li kien hemm indikati fl-indiċi tal-kotba li kienet ħarġet il-knisja. Kif qal Azzopardi nnifsu, l-awtur għandu jgħaddi mill-proċess li jevalwa lilu nnifsu qabel jippubblika, b'mod speċjali fejn jidħol materjal sensittiv indirizzat lill-pubbliku vulnerabbli. Dan għaliex, kif se naraw fil-kapitli li ġejjin, tista' tinqala' xi ċensura jew inkella f'sitwazzjonijiet estremi, il-projbizzjoni tal-pubblikazzjoni. Għalhekk din hija kwistjoni ta' bilanċ bejn l-onesta' letterarja u l-obbligu li ma tabbużax għal raġunijiet sensazzjonali jew kummerċjali.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82926
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Bondin_Phyllis_2010.pdf
  Restricted Access
4.26 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.