Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8819
Title: L-ornamenti u l-oggetti sagri fil-knejjes : registru lingwistiku
Authors: Raggio, Christian Lawrence
Keywords: Church decoration and ornament -- Malta
Maltese language -- Variation
Linguistic analysis (Linguistics)
Issue Date: 2013
Abstract: L-aspett ewlieni ta’ reġistru huwa li jipproponi r-relazzjoni bejn il-funzjoni tal-lingwa li hija ddeterminata minn fatturi soċjali jew ta’ sitwazzjoni u l-forma tal-lingwa. Halliday jispjega kif l-ewwel darba li ntuża dan it-terminu kien fl-1956 mil-lingwistiku Thomas Bertam Reid u aktar tard kien żviluppat aktar minn Ure. Huwa jiddeskrivi t-terminu ta’ reġistru b’dan il-mod, “a variety according to use in the sense that each speaker has a range of varieties and chooses between them at different times”, (Halliday 1964, misjub f’Leckie-Terry 1995: 6) jiġifieri, li l-varjetajiet li nsibu jiddependu mis-sitwazzjoni li persuna tkun tinsab fiha. Ir-reġistru huwa ffurmat minn 3 aspetti lingwistiċi importanti, il-field, li juri dik l-attività u l-parteċipant li hemm involuti, il-mode, li jindika l-funzjoni tat-test u l-mod kif qed titwassal il-lingwa u t-tenor, li tħares lejn il-formalità u l-irwol tal-persuna li qed tesprimi l-lingwa waqt li qed titkellem. B’mod ġenerali, l-istruttura tat-test lingwistiku huwa -lpunt tat-tluq għal dawn it-tliet punti, iżda aktar minn hekk, is-sitwazzjoni tal-kuntest li t-test jinsab fih. Reġistru jiġi determinat b’dak li jkun qiegħed jiġri, min huwa involut u x’parti għandha l-lingwa, li hija sistema dinamika miftuħa, f’dak il-kuntest. Halliday jintensifika l-argument tiegħu u jgħid li għalkemm ir-reġistru nistgħu nagħrfuh mill-karatteristiċi lingwistiċi tiegħu, l-istruttura primarja hija semantika. Barra minn hekk, hemm ukoll Gregory u Carroll li jqisu r-reġistru bħala mezz li jgħaqqad il-varjazzjonijiet lingwistiċi tal-lingwa mal-varjazzjonijiet tal-kuntest soċjali (Gregory u Carroll 1978, misjuba f’Leckie-Terry 1995: 7). Dan kollu jfisser kemm il-varjabbli lingwistiċi huma parti essenzjali fil-forma ta’ xi reġistru partikolari.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8819
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL022.pdf
  Restricted Access
9.98 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.