Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8833
Title: In-natura fil-poezija romantika Maltija
Authors: Haber, Karen
Keywords: Nature in literature
Romanticism -- Malta
Maltese poetry -- 20th century
Issue Date: 2013
Abstract: F’dan l-istudju ser nistħarreġ il-mod ta’ kif ġiet trattata t-tema tan-natura fil-Poeżija Romantika Maltija. L-għan tiegħu huwa li nitfa’ dawl fuq il-perspettivi ewlenin li fi ħdanhom ġiet żvilippata n-natura. Għaldaqstant ser inkun qed nanalizza s-similaritajiet li jgħaqqdu fi kwadru wieħed lir-Romantiċi Maltin, kemm mil-lat tematiku u anki mil-lat stilistiku. Madankollu, ser nanalizza wkoll it-trattament individwali li jiżviluppa kull poeta, hekk kif kull wieħed minnhom jagħraf iħaddem tekniki partikolari li permezz tagħhom kull poeta jintgħażel minn ieħor. L-għażla ta’ din it-tema kienet iddeterminata minn bosta fatturi. Qabel xejn, sa minn dejjem kelli interess kbir lejn il-letteratura li tittratta n-natura, u b’hekk kienet għażla pjuttost naturali li nistħarreġ dan is-suġġett. Raġuni oħra li wasslitni għal din l-għażla hija proprju l-viżjoni hekk dinamika li r-Romantiċi kellhom tan-natura, hekk kif fi ħdanha dawn għarfu jiżviluppaw diversi aspetti. F’kull poeżija tiġi żviluppata l-interpretazzjoni individwali ta’ dak li l-poeta jilmaħ madwaru. Madankollu, l-iżjed ħaġa li tolqotni hija l-mod ta’ kif il-poeta jiġi mqanqal mill-aktar xbihat sempliċi, li ħafna drabi jonqsu milli jidhru fl-għajnejn komuni, iżda dan jagħraf jiżviluppa dawn it-tqanqiliet f’affarijiet li huma bil-wisq aktar profondi. F’dan l-istudju jien ser nanalizza x-xogħol ta’ dawk li fil-fehma tiegħi huma fost ir-Romantiċi ewlenin li jitrattaw b’mod sħiħ u komplet it-tema tan-natura. Għaldaqstant f’dan ix-xogħol għażilt li nanalizza uħud mill-poeżiji ta’ Dun Karm Psaila, Anton Buttigieg, Karmenu Vassallo, Mary Meylak, Ġorġ Pisani, Ġorġ Zammit u Rużar Briffa.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8833
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL016.pdf
  Restricted Access
1.75 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.