Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8835
Title: Analizi tad-diskors politiku
Authors: Boffa, Christa
Keywords: Speeches, addresses, etc.
Politicians -- Malta
Discourse analysis
Issue Date: 2013
Abstract: Ħafna lingwisti jsibuha bi tqila li jiddefinixxu x‘inhu eżatt diskors politiku. Il-mod li bih hu aktar faċli li tiddefinixxi dan it-tip ta‘ diskors huwa permezz tal-attur jew atturi viz. il-politiċi. B‘politiċi għandna nifhmu dawk l-individwi li permezz ta‘ elezzjoni jew għax jaħtru lilhom infushom, qegħdin jiġu mħallsa għall-attivitajiet politiċi tagħhom, u li qegħdin jiġu mħallsa għall-attivitajiet politiċi li jieħdu sehem fihom. (Van Dijk ―What is Political Discourse Analysis? 12) Iżda dan ma jfissirx li m‘hemmx parteċipanti oħra fil-proċess tad-diskors politiku. Filfatt meta wieħed qiegħed janalizza diskors politiku, ma jistax jinsa jinkludi r-riċevituri ta‘ dan id-diskors, li jvarjaw minn tip ta‘ diskors politiku għall-ieħor. Ir-riċevituri tad-diskors li jinkludi ċ-ċittadini bħala votanti, dimostranti, u membri minn gruppi ta' pressjoni fost l-oħrajn. (Verba, et al.) Id-definizzjoni ta‘ diskors politiku tiġi kkunsidrata wkoll f‘termini ta' liema atturi qegħdin jieħdu sehem fiha. Minħabba din il-wisa' fis-suġġett, ħafna drabi r-riċerkatur jillimita l-istudju tiegħu billi jiffoka fuq in-natura tal-attivitajiet li fihom ikun sar id-diskors. B‘hekk dawn id-diskorsi jiġu analizzati skont il-kuntest tal-avvenimenti politiċi, l-okkażjoni li fihom saru u lintenzjonijiet u l-funzjoni li dawn kellhom fost l-oħrajn. Il-kuntest u t-test jiddependu fuq xulxin u jiddefinixxu lil xulxin. B‘hekk sessjoni fil-parlament tista‘ tissejjaħ hekk meta l-politiċi qegħdin jiddibattu f‘bini parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom ta‘ membri parlamentari u waqt sessjoni uffiċjali tal-parlament. (Van Dijk ―What is Political Discourse Analysis? 14)
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8835
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL003.pdf
  Restricted Access
1.34 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.