Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8857
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-03-11T08:31:30Z
dc.date.available2016-03-11T08:31:30Z
dc.date.issued2013
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8857
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIs-sena 2010 tfakkar il-mewt ta’ Nikol Ġ. Cauchi. Għalija dan kien spunt biex nagħti kontribut siewi b’risq dan l-awtur magħruf biex ikun apprezzat aktar, u biex jingħarfu metodikament ir-raġunijiet għala għandu jkun rikonoxxut bħala kittieb reliġjuż importanti ta’ żmienu. Dan jista’ jsir l-aktar b’analiżi tal-ħsieb u tal-forma tal-kitba tiegħu, bit-tama li jidher sa liema punt huwa ħa sehem fl-iżvilupp tal-Malti reliġjuż modern. Xtaqt nagħżel dan il-qasam mhux biss għal raġuni ta’ studju, iżda wkoll bħala għelm ta’ gratitudni tiegħi lejh. Bħala eks-student tal-Isqof Nikol Ġ. Cauchi ħassejt li kelli nagħmel din it-teżi fuq il-personalità letterarja tiegħu, anki bil-ħsieb li ismu jidħol aktar fil-biblijografija reliġjuża Maltija. It-teżi hija studju ta’ kitbiet varji, pastorali u letterarji, li jistgħu jitqiesu bħala essenzjali fil-kwadru letterarju lokali bejn il-ħamsinijiet u l-ewwel għaxar snin tas-seklu 21. Cauchi hu magħruf l-aktar bħala l-awtur ta’ għażla wiesgħa ta’ kitbiet imnebbħin mir-reliġjon għax huwa fehem li seta’, anzi li kellu d-dmir, li jinqeda bis-sengħa letterarja biex iwassal il-messaġġ reliġjuż tiegħu. Għal dan il-għan huwa għadda snin twal jimraħ f’ġeneri ta’ kitba differenti, bħalma huma s-saġġ Teoloġiku daqskemm soċjali, il-poeżija kemm fiha nnifisha u kemm bħala forma ta’ xogħol twil miktub għall-mużika u magħruf bħala oratorjo, kif ukoll ittri pastorali li kienu maħsubin għal udjenza kbira. Il-wirt letterarju tiegħu huwa ppubblikat kemm f’għamla ta’ kotba kif ukoll bħala artikli f’rivisti u f’gazzetti lokali. Huwa kiteb ukoll xogħlijiet diversi bl-Ingliż, li għall-għanijiet ta’ din it-teżi mhumiex jiġu studjati hawnhekk, għalkemm huma parti integrali mill-ħażna sħiħa tax-xogħol tiegħu. Minħabba li f’kull każ huwa kellu aktarx destinatarji differenti (bħalma huma Teoloġi bħalu, membri tal-kleru, il-pubbliku ġenerali, it-tfal u ż-żgħażagħ), huwa sikwit ħaddem lessiku u binja sintattika li jixirqu lill-udjenzi magħżula. Dan huwa wieħed mill-aspetti tal-intertestwalità tal-opra tiegħu kollha, tant li wasal biex ħaddem il-lingwa b’modi varji. Tidher minnufih ir-rabta kbira bejn kif huwa jħaddem il-kelma miktuba u kif jinqeda bil-kelma mitħaddta, fil-knisja kif ukoll fuq ix-xandir. F’kull każ it-testi tiegħu juru minnufih li huwa jżomm ’il bogħod ħafna mill-kanoni tar-rettorika kattolika tradizzjonali. Huwa dejjem ċar u dirett kemm meta jinqeda bit-taħdit letterali kif ukoll meta jagħżel lingwaġġ figurattiv. F’dan id-dawl jinħass qawwi r-riferiment kontinwu għall-kontenut kemm letterali u kemm metaforiku tal-Bibbja u l-aktar tal-Vanġeli.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectCauchi, Nikol G., Bishop of Gozo, 1929-2010 -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectReligion in literatureen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 20th centuryen_GB
dc.titleGeneri letterarji f' Nikol G. Cauchien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorMercieca, George
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL017.pdf
  Restricted Access
5.86 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.