Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8857
Title: Generi letterarji f' Nikol G. Cauchi
Authors: Mercieca, George
Keywords: Cauchi, Nikol G., Bishop of Gozo, 1929-2010 -- Criticism and interpretation
Religion in literature
Maltese literature -- 20th century
Issue Date: 2013
Abstract: Is-sena 2010 tfakkar il-mewt ta’ Nikol Ġ. Cauchi. Għalija dan kien spunt biex nagħti kontribut siewi b’risq dan l-awtur magħruf biex ikun apprezzat aktar, u biex jingħarfu metodikament ir-raġunijiet għala għandu jkun rikonoxxut bħala kittieb reliġjuż importanti ta’ żmienu. Dan jista’ jsir l-aktar b’analiżi tal-ħsieb u tal-forma tal-kitba tiegħu, bit-tama li jidher sa liema punt huwa ħa sehem fl-iżvilupp tal-Malti reliġjuż modern. Xtaqt nagħżel dan il-qasam mhux biss għal raġuni ta’ studju, iżda wkoll bħala għelm ta’ gratitudni tiegħi lejh. Bħala eks-student tal-Isqof Nikol Ġ. Cauchi ħassejt li kelli nagħmel din it-teżi fuq il-personalità letterarja tiegħu, anki bil-ħsieb li ismu jidħol aktar fil-biblijografija reliġjuża Maltija. It-teżi hija studju ta’ kitbiet varji, pastorali u letterarji, li jistgħu jitqiesu bħala essenzjali fil-kwadru letterarju lokali bejn il-ħamsinijiet u l-ewwel għaxar snin tas-seklu 21. Cauchi hu magħruf l-aktar bħala l-awtur ta’ għażla wiesgħa ta’ kitbiet imnebbħin mir-reliġjon għax huwa fehem li seta’, anzi li kellu d-dmir, li jinqeda bis-sengħa letterarja biex iwassal il-messaġġ reliġjuż tiegħu. Għal dan il-għan huwa għadda snin twal jimraħ f’ġeneri ta’ kitba differenti, bħalma huma s-saġġ Teoloġiku daqskemm soċjali, il-poeżija kemm fiha nnifisha u kemm bħala forma ta’ xogħol twil miktub għall-mużika u magħruf bħala oratorjo, kif ukoll ittri pastorali li kienu maħsubin għal udjenza kbira. Il-wirt letterarju tiegħu huwa ppubblikat kemm f’għamla ta’ kotba kif ukoll bħala artikli f’rivisti u f’gazzetti lokali. Huwa kiteb ukoll xogħlijiet diversi bl-Ingliż, li għall-għanijiet ta’ din it-teżi mhumiex jiġu studjati hawnhekk, għalkemm huma parti integrali mill-ħażna sħiħa tax-xogħol tiegħu. Minħabba li f’kull każ huwa kellu aktarx destinatarji differenti (bħalma huma Teoloġi bħalu, membri tal-kleru, il-pubbliku ġenerali, it-tfal u ż-żgħażagħ), huwa sikwit ħaddem lessiku u binja sintattika li jixirqu lill-udjenzi magħżula. Dan huwa wieħed mill-aspetti tal-intertestwalità tal-opra tiegħu kollha, tant li wasal biex ħaddem il-lingwa b’modi varji. Tidher minnufih ir-rabta kbira bejn kif huwa jħaddem il-kelma miktuba u kif jinqeda bil-kelma mitħaddta, fil-knisja kif ukoll fuq ix-xandir. F’kull każ it-testi tiegħu juru minnufih li huwa jżomm ’il bogħod ħafna mill-kanoni tar-rettorika kattolika tradizzjonali. Huwa dejjem ċar u dirett kemm meta jinqeda bit-taħdit letterali kif ukoll meta jagħżel lingwaġġ figurattiv. F’dan id-dawl jinħass qawwi r-riferiment kontinwu għall-kontenut kemm letterali u kemm metaforiku tal-Bibbja u l-aktar tal-Vanġeli.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8857
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL017.pdf
  Restricted Access
5.86 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.