Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90355
Title: It-teoloġija fl-aħħar seklu
Other Titles: Il-vuċi quddiem il-misteru : teoloġi ta’ żmienna
Authors: Dimech, Pauline
Keywords: Theology -- 20th century
Religion
Religious pluralism
Issue Date: 2018
Publisher: Pubblikazzjoni ftiller
Citation: Dimech, P. (2018). It-teoloġija fl-aħħar seklu. In P. Dimech (Ed.), Il-vuċi quddiem il-misteru : teoloġi ta’ żmienna (pp. 17-28). Malta: Miller Publications.
Abstract: L-ewwelnett, importanti li ngħidu li t-teoloġija ma titrattax biss fuq Alla, imma tittratta wkoll il-bniedem. It-teoloġija mhix biss li int titkellem speċifikament dwar Alla. U lanqas ma tfisser biss l-isforz biex jinżammu t-tradizzjonijiet ħajjin. It-teoloġija hi xi ħaġa ħafna iktar wiesgħa minn hekk. Qegħdin nitkellmu fuq evalwazzjoni ta’ ħsieb u ta’ prattika, fid- dawl tal-Iskrittura. Kif jgħid Langdon Gilkey, fis-sens dejjaq, it-teoloġija hija spjega tal-kontenut tal-fidi nisranija. Imma f ’sens iktar wiesa’, it- teoloġija hija riflessjoni fuq l-eżistenza umana (il-karattru u d-destin ta’ din l-eżistenza), kif ukoll fuq id-dinja.1 Imma, meta qegħdin nitkellmu minn teoloġija, qegħdin nitkellmu wkoll minn mod ta’ tifħir lil Alla. U qegħdin nitkellmu minn profezija. ftill-banda l-oħra, meta nitkellmu minn teoloġi, inkunu qegħdin nirreferu għal dawk il-persuni li, quddiem it-traxxendent, ħassew il-ħtieġa li jirriflettu. Ħassew li – quddiem l-esperjenzi eżistenzjali – għandhom jitkellmu, għandhom jippruvaw jiftmu ċ-ċirkustanzi tal-ħajja umana fid-dawl ta’ dan il-misteru profond li għandu quddiemu l-bniedem minn twelidu sa mewtu. Dan il-misteru li – ngħidu x’ngħidu f ’diskors teoloġiku – qatt mhu se jirnexxielna neżawruh għalkollox. F’din il-pubblikazzjoni se nkunu qed nirriflettu dwar numru ta’ teoloġi li ġejjin minn backgrounds (sfondi) differenti. fteta nittrattaw it-teoloġija kontemporanja, normalment inkunu qegħdin nirreferu għat-teoloġija ta’ dawn l-aħħar mitt sena. Għaldaqstant, ikollna neċessarjament nitkellmu dwar teoloġi li kitbu minn kuntesti soċjali, kulturali, u ġeografiċi differenti. F’dan il-ktieb se nagħmlu referenzi speċifiċi għall-kuntesti storiċi diversi, u se nippruvaw niftmu kif l-istess ċirkustanzi storiċi wasslu lil dawn it-teoloġi biex jagħmlu ir-riflessjonijiet li għamlu. ftod għandek teologa mara li għexet u kitbet mill-Amerika ta’ fuq,u mod għandek teologu li għex u kiteb mill-Amerika Latina. ftod għandek teologu ortodoss li kiteb fir-Russja, u mod għandek teologu ftusulman li qed jikteb mill-Amerika. Importanti li nippruvaw niftmu ċ-cirkustanzi ta’ kull wieħed u waħda minn dawn it-teoloġi, nitgħallmu dwar l-istudji li għamlu, u l-Universitajiet jew Kulleġġi fejn għallmu, nippruvaw nsiru nafu x-xogħlijiet akkademiċi tagħhom, kif ukoll napprezzaw l-effett – kultant qawwi ħafna – tal-kitbiet tagħhom, kemm fid-dinja akkademika, kif ukoll fil-ħsieb reliġjuż b’mod ġenerali.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90355
ISBN: 9789995774516
Appears in Collections:Scholarly Works - FacThePTL

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
It-teoloġija_fl-aħħar_seklu_2018.pdf
  Restricted Access
190.84 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.