Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90958
Title: L-istudju ta' l-Għarbi f'Malta
Authors: Fenech, P. Dwardu (1964)
Keywords: Arabic language -- Influence on Maltese
Maltese language
Arabic language -- Study and teaching -- Malta
Issue Date: 1964
Citation: Fenech, P. D. (1964). L-istudju ta' l-Għarbi f'Malta (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Il-ħtieġa tal-istudju tal-lsien Għarbi ilha li nħasset hawn Malta sa mit-tieni nofs tas-seklu disgħa. Għaliex fis-sena 870 Malta waqgħet taħt il-ħakma tal-Għarab u kellha tgħaddi, ftit jew wisq, mill-istess tiġrib li kienet ġarrbet qabilha Sqallija. Hekk il-Maltin ta' dak iż-żmien sabu ruħhom imrażżna u, riedu u ma ridux, kellhom jibdew jinqdew bil-Għarbi għall-ħafna ħtiġiet tagħhom ta' kuljum. Issa ġara li billi l-Maltin baqgħu taħt idejn l-Għarab għal 220 sena, jiġifieri sas-sena 1090, u billi Malta baqgħet immexxija mill-Għarab wara l-miġja tal-Konti Ruġġieru sa nofs is-seklu tlettax, l-ilsien Għarbi kellu żmien biżżejjed biex jaħkem u jeqred kważi għal kollox l-ilsien li kellhom il-Maltin ta' dawk iż-żmenijiet. Minn dan il-fatt tqum il-ħtieġa lingwistika, għal min irid tassew jistudja l-Malti sewwa, li jitkisser qabel xejn fl-ilsien Għarbi, barra mill-ilsna romanzi, biex minnu jgħaddi għal ilsien artna, sew sew kif nafuh il-lum, ilsien radikalment semitiku, iżda mogħni u msoqqi wkoll minn ilsna oħra ewropej. Madankollu, l-ewwel studjużi Maltin magħrufa għall-ħila tagħhom fl-ilsien Għarbi kellhom skopijiet iżjed prattiċi milli xjentifiċi. Huma studjaw l-Għarbi barra minn Malta biex jinqdew bih fil-missjoni, kif ukoll biex iżommu relazzjonijiet diplomatiċi mal-pajjiżi bla għadd taħt il-ħakma tal-Għarab [...].
Description: B.A.GEN.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90958
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.GEN._Fenech_P._Dwardu_1964.pdf
  Restricted Access
2.99 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.