Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91165
Title: L-antiklerikaliżmu fil-letteratura Maltija tas-snin sittin
Authors: Flores, Charles (2001)
Keywords: Maltese literature -- 20th century
Secularism in literature
Social history -- 1960-1970
Religion and politics -- Malta
Issue Date: 2001
Citation: Flores, C. (2001). L-antiklerikaliżmu fil-letteratura Maltija tas-snin sittin (Bachelor's dissertation).
Abstract: Il-ħidma fuq dan ix-xogħol kienet primarjament maħsuba biex tistabilixxi, tanalizza u, fejn possibbli, telenka I-element antiklerikali fil-kitba letterarja tas-Snin Sittin - il-perjodu Ii matulu seħħew bosta żviluppi nteressanti fejn jidħlu t-tematika, l-istilistika u l-preżentazzjoni tal-Letteratura Maltija ġdida. L-istħarrig meħtieġ sar l-aktar permezz ta' kwestjonarju Ii ntbagħat lil dawk l- awturi li aċċettaw li jwiġbuh. Saru wkoll laqgħat ma' wħud minnhom li xtaqu jamplifikaw jew jispjegaw certi kummenti Ii għamlu fit-tweġibiet tagħhom. Ma' din il-kisba ta' nformazzjoni, għandu jiżdied ukoll it-tiftix Ii sar permezz tal-qari ta' kotba ta' l-epoka, kotba Ii ħargu fis-snin ta' wara, rivisti u ġumali. Dan ix-xogħol hu maqsum f'għaxar fergħat. Bejn id-Daħla u l-Konklużjoni nsibu tmien kapitli Ii bejniethom ikopru 1. It-taqlib soċjali tas-Snin Sittin; 2. Il- kwistjoni politiko-reliġjuża li seħħet matulhom; 3. Il-protagonisti fiI-qasam letterarju ta' dak iż-żmien; 4. Ir-reazzjonijiet u l-pożizzjonijiet Ii kien hemm għal kitbiethom; 5. Il-konnessjoni intemazzjonali f'dan kollu; 6. Analiżi ta' l- antiklerikaliżmu Ii beda jfiġġ; 7. u 8. Siltiet ta' xejra antiklerikali u siltiet Ii fihom infushom kienu joffru difiża tal-valuri Nsara, b' aċċenn fuq il-kontroversja dwar Dun Karm. Hu ttamat Ii b'dan ix-xogħol ċkejken tinfetaħ mogħdija Ii twassal għal stħarriġ aktar profond mhux biss tal-perjodu msemmi, izda anke tan-nisġa intellettwali u emozzjonali fix-xogħlijiet letterarji kif u meta mwassla fuq l-isfond soċjo-reliġjuż ta' pajjiżna.
Description: B.A.RELIGIOUS STUD.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91165
Appears in Collections:Dissertations - FacThe - 1968-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.RELIGIOUS.STUD._Flores_Charles_2001.PDF
  Restricted Access
6.15 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.