Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92153
Title: L-għana tal-poplu
Authors: Sceberras, Marienette (1964)
Keywords: Folklore -- Malta
Folk songs
Folk music
Culture
Issue Date: 1964
Citation: Sceberras, M. (1964). L-għana tal-poplu (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Il-għana joħolqu l-għannej u fid-dinja kull maħluq igħanni. Hi l-emozzjoni w mhux: il-hsieb li jqanqal il-għannej jislet għanjietu li tista' tkun ta' ferh, ta' niket, ta' tmaqdir jew ta' imħabba. Il-karatteristiċi ta' dawn il-mottivi huma - spontanjeta u qawwa ġewwinija. Il-għana fih is-seher tiegħu li ma nsibuhx minsuġ fil-proża kapriċċuża u immaginattiva tal-ħrejjef. Il-għana jiġi qabel il-hrejjef. Għannej Grieg qal: "Billi ma nafx nikteb għamilt l-istorja tiegħi f'għanja biex ma ninsihiex". Il-għana tal-poplu jkun qiegħed f'waqtu f'ħalq il-bniedem sempliċi, kien dan ragħaj, bidwi jew sajjied. Goethe qal: the unsophisticated man is more the master of direct, effective expression in a few words than he who received a literary education. Waqt li nikkonsidraw il-għana ta' dan l-"unsophisticated man" ma għandniex immorru fl-ebda tarf taż-żewġ estremi. La għandna nippretendu li dan jaf jinseġ il-għana bil-ħila u d-dehen ta' mgħallem imma lanqas ma għandna: nħarsu lejh bħala bniedem li ma jaf jara u jħoss xejn. Il-poplu joħroġ l-espressjoni tal-emozzjoni tiegħu f'melodija. Ir-raħħal li joħrog il-għana bla tagħlim juri fih ġrajjietu u s-sentimenti tiegħu f'ritmu li biż-żmien sar tradizzjonali bejn raħħala oħra bħalu [...].
Description: B.A.GEN.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92153
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.GEN._Sceberras_Marienette_1964.pdf
  Restricted Access
2.51 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.