Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92643
Title: Il-miġja tal-Franċiżi f'Malta : ktejjeb ta' tifkira, 1798-1998
Authors: Malta. Department of Information
Keywords: Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798
Malta -- History -- French occupation, 1798-1800
Freedom Day (Malta)
Education -- Malta -- History
Finance -- Malta -- History
Malta -- Historical geography -- Maps
Napoleon I, Emperor of the French, 1769-1821
Issue Date: 1998
Publisher: Malta : Dipartiment ta' l-Informazzjoni
Citation: Dipartiment ta' l-Informazzjoni. (1998). Il-miġja tal-Franċiżi f'Malta : ktejjeb ta' tifkira, 1798-1998. Malta: Dipartiment ta' l-Informazzjoni.
Abstract: X' għamlu l-Maltin mitejn sena ilu? Bħal daż-żmien mitejn sena ilu, għal perijodu qasir ta' tliet xhur, il-poplu ta' dawn il-gżejjer sema' iktar minn qatt qabel, ħafna wegħdiet ta' libertà, ugwaljanza quddiem il-liġi, kif ukoll ħelsien mill-injoranza-tagħlim għal ulied il-poplu. Mitejn sena ilu, fit-8 ta' Ġunju, 1798, il-Franċiżi ġew Malta b'ħafna ideat sbieħ. Il-ġeneral tagħhom, Napuljun Bonaparti, fil-ftit jiem li għamel hawn, b'daqqiet meqjusa ta' rixa ppjana biex ineħħi l-għanqbut li għal ħafna żmien kien laħaq intiseġ. Iżda dawn ir-riformi kienu mgħaġġla wisq għall-mentalità talpoplu Malti. M'aċċettahomx. Il-Maltin raw lill-Franċiżi bħala ħakkiema mhux bħala ħelliesa. Dan il-fatt iżjed deher ċar meta dawn ta' l-aħħar daru għall-ġid li l-Maltin kienu jagħtu biex iżejnu l-imqades tagħhom. Ma swew xejn ir-riformi li ġew proposti, l-aktar meta jitqies il-fatt li l-Franċiżi kienu poplu fi gwerra, u flus ftit li xejn kienu ħallew għat-tmexxija ta' dawn il-Gżejjer. F' dawn il-paġni li ġejjin se nagħtu daqqa ta' għajn fuq xi persunaġġi li ssemmew fil-ġrajjiet li seħħew f'postijiet prominenti mitejn sena ilu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92643
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCWHMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_miġja_tal_Franċizi_f_Malta.pdf
  Restricted Access
3.69 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.