Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/94707
Title: Ħal Luqa fil-gwerra, fil-paċi : kommemorazzjoni ta' ħamsin sena mit-tmiem tal-gwerra
Authors: Kunsill Lokali Luqa
Keywords: Luqa (Malta) -- History -- 20th century
History, Modern -- 20th century
Anniversaries
Malta -- History -- British occupation, 1800-1964
Luqa (Malta) -- Population
Malta -- History -- Siege, 1940-1943
Local history
Issue Date: 1995
Publisher: Kunsill Lokali Luqa
Citation: Kunsill Lokali Luqa. (1995). Ħal Luqa fil-gwerra, fil-paċi : kommemorazzjoni ta' ħamsin sena mit-tmiem tal-gwerra. Malta: Kunsill Lokali Luqa.
Abstract: Bosta Ħalluqin illum, mimlijin bl-għomor, għadhom jiftakru qisu l-bieraħ u jgħidulek x'sarrfet għalihom il-Gwerra: x'ħassew u minn xiex għaddew. Kollha kemm huma jiftakru dawk il-jiem ta' qtiegħ il-qalb, biża' tal-ħbit mill-ajru, ħerba ta' djar, imwiet mill-bombi, għaks mard u ġuħ; u dan kollu għal tliet snin sħaħ. Sbieħ it-Tlieta, 11 ta' Ġunju 1940, instemgħet f'Ħal Luqa s-sirena tagħti sinjal ta' l-ewwel ħbit mill-ajru. L-ebda Ħalluqi dak inhar ma basar li fi żmien tliet snin, ir-raħal li fih kien twieled, trabba u għex, kien ser ikun il-biċċa l-kbira minnu meqrud minn bombi Taljani u Ġermaniżi. Ħal Luqa dak iż-żmien kienet tgħodd mal-4,500 ruħ. Il-biċċa l-kbira ta' lirġiel tax-xogħol kienu jaħdmu fil-ġebel, fil-biedja, jew it-Tarzna. Ftit kienu jaqilgħu maż-żewħ liri fil-ġimgħa u dawn kienu jridu jaqtgħu bi snienhom. L-ewwel sagrifiċċju li kellhom jagħmlu bosta Ħalluqin hekk kif bdiet il-Gwerra, kien li jitilqu mir-raħal u jmorru jgħixu bħala refuġjati f'irħula oħra ta' Malta, u kien hemm ukoll min mar Għawdex. Min mar jgħix ġo dwejra f'għalqa u min bena kamra ġo xi dar. It-tilwim f'xi familji ma naqasx, għax min ried jibqa' Ħal Luqa u min ried jitlaq; kien hemm saħansitra familji maqsumin, jgħixu f'irħula differenti. B'kollox bewġu mir-raħal ma' l-2,000 ruħ, iżda l-kumplament kienu ta' spirtu u kuraġġ qawwi u ħasbuha mod ieħor u qatgħuha li jibqgħu jiġri x'jiġri, minnhom 'l Alla.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/94707
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCWHMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ħal_Luqa_fil_gwerra__fil_paċi_Kunsill_Lokali_Luqa_kommemorazzjoni_ta__ħamsin_sena_mit_tmiem_tal__gwerra.pdf
  Restricted Access
3.4 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.