Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/94707
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2022-04-29T16:11:01Z-
dc.date.available2022-04-29T16:11:01Z-
dc.date.issued1995-
dc.identifier.citationKunsill Lokali Luqa. (1995). Ħal Luqa fil-gwerra, fil-paċi : kommemorazzjoni ta' ħamsin sena mit-tmiem tal-gwerra. Malta: Kunsill Lokali Luqa.en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/94707-
dc.description.abstractBosta Ħalluqin illum, mimlijin bl-għomor, għadhom jiftakru qisu l-bieraħ u jgħidulek x'sarrfet għalihom il-Gwerra: x'ħassew u minn xiex għaddew. Kollha kemm huma jiftakru dawk il-jiem ta' qtiegħ il-qalb, biża' tal-ħbit mill-ajru, ħerba ta' djar, imwiet mill-bombi, għaks mard u ġuħ; u dan kollu għal tliet snin sħaħ. Sbieħ it-Tlieta, 11 ta' Ġunju 1940, instemgħet f'Ħal Luqa s-sirena tagħti sinjal ta' l-ewwel ħbit mill-ajru. L-ebda Ħalluqi dak inhar ma basar li fi żmien tliet snin, ir-raħal li fih kien twieled, trabba u għex, kien ser ikun il-biċċa l-kbira minnu meqrud minn bombi Taljani u Ġermaniżi. Ħal Luqa dak iż-żmien kienet tgħodd mal-4,500 ruħ. Il-biċċa l-kbira ta' lirġiel tax-xogħol kienu jaħdmu fil-ġebel, fil-biedja, jew it-Tarzna. Ftit kienu jaqilgħu maż-żewħ liri fil-ġimgħa u dawn kienu jridu jaqtgħu bi snienhom. L-ewwel sagrifiċċju li kellhom jagħmlu bosta Ħalluqin hekk kif bdiet il-Gwerra, kien li jitilqu mir-raħal u jmorru jgħixu bħala refuġjati f'irħula oħra ta' Malta, u kien hemm ukoll min mar Għawdex. Min mar jgħix ġo dwejra f'għalqa u min bena kamra ġo xi dar. It-tilwim f'xi familji ma naqasx, għax min ried jibqa' Ħal Luqa u min ried jitlaq; kien hemm saħansitra familji maqsumin, jgħixu f'irħula differenti. B'kollox bewġu mir-raħal ma' l-2,000 ruħ, iżda l-kumplament kienu ta' spirtu u kuraġġ qawwi u ħasbuha mod ieħor u qatgħuha li jibqgħu jiġri x'jiġri, minnhom 'l Alla.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherKunsill Lokali Luqaen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectLuqa (Malta) -- History -- 20th centuryen_GB
dc.subjectHistory, Modern -- 20th centuryen_GB
dc.subjectAnniversariesen_GB
dc.subjectMalta -- History -- British occupation, 1800-1964en_GB
dc.subjectLuqa (Malta) -- Populationen_GB
dc.subjectMalta -- History -- Siege, 1940-1943en_GB
dc.subjectLocal historyen_GB
dc.titleĦal Luqa fil-gwerra, fil-paċi : kommemorazzjoni ta' ħamsin sena mit-tmiem tal-gwerraen_GB
dc.typebooken_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.contributor.corpauthorKunsill Lokali Luqaen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCWHMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ħal_Luqa_fil_gwerra__fil_paċi_Kunsill_Lokali_Luqa_kommemorazzjoni_ta__ħamsin_sena_mit_tmiem_tal__gwerra.pdf
  Restricted Access
3.4 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.