Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/94965
Title: It-tiswir reċiproku tal-jien u d-dinja fir-rakkonti ta’ Pierre J. Mejlak
Other Titles: Jiena (X) Jien? Is-suġġett fin-narrattiva kontemporanja Maltija
Authors: Micallef, Bernard
Keywords: Maltese literature -- History and criticism
Mejlak, Pierre J., 1982- -- Criticism and interpretation
Novelists, Maltese
Issue Date: 2018
Publisher: Klabb Kotba Maltin
Citation: Micallef, B. (2018). It-tiswir reċiproku tal-jien u d-dinja fir-rakkonti ta’ Pierre J. Mejlak. In S. Bonanno (Ed.), Jiena (X) Jien? Is-suġġett fin-narrattiva kontemporanja Maltija (pp. 93-118). Sta. Venera: Klabb Kotba Maltin.
Abstract: Fil-fenomenoloġija s-suggett ma jistax jitwettaq mingħajr l-oġġetti Ii jissostanzjaw l-għarfien tieghu. Mill-banda l-ohra, l-oġġett fenomenoloġiku ma jistax ifeġġ jekk mhux bħala perċezzjoni fis-suggett. Dan it-twettiq reċiproku bejn is-suggett u l-oġġett huwa I-punt tat-tluq ta' fenomenoloġisti bikrin bħal Franz Brentano u Edmund Husserl, u ghandu implikazzjonijiet kruċjali għat-tiswir tal-jien fin-narrattiva kontemporanja bil-Malti. Dan l-istudju jagħti eżempji tal-binja reċiproka bejn is- suggett u l-oġġett minn uħud min-novelli ta' Pierre J. Mejlak, speċjalment dawk ir-rakkonti Ii fihom il-protagonist u l-oġġetti Ii jiċċirkondawh jiffurmaw bejniethom relattivita straordinarja li, madanakollu, tiġġustifika t-tiswir idjosinkratiku tal-jien. Il-paġni li jsegwu se jistħarrgu erba' novelli magħzulin fid-dawl ta' dak Ii jgħidu żewg fenomenoloġisti oħra prominenti, Martin Heidegger u Maurice Merleau-Ponty, dwar is-suġġett uman imfassal b'rabta primordjali u intuwittiva mad-dinja Ii jokkupa. F'din il-linja ta' ħsieb, in-normi u r-razzjonalita umani mhumiex għajr rizultati tas-sinerġija bejn il-perċezzjonijiet tal-bniedem u l-kundizzjonijiet dinjija Ii fihom evolvew. Kif josserva Merleau-Ponty f'diversi kithiet tieghu, qabel l-eżistenza apparentement awtonoma tal-individwu, dejjem se tinstab verita organika mnissla mill-fiducja reċiproka bejn il-perċezzjoni korporali tal-bniedem u l-kuntest materjali Ii jħaddimha, jew bejn is-suġġettivita Ii dejjem qiegħda ġġarrab xi sitwazzjoni b'mod fiżiku u d-dinja Ii dejjem qieghda tiżvolgi bħala sitwazzjoni mġarrba. F'din is-simbjożi bejn il-bniedem u d-dinja, kull għarfien innovattiv mhuwiex ghajr bidla stilistika fis-sinerġija primordjali Ii tgħaqqadhom.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/94965
ISBN: 9789993277019
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
It-tiswir_reċiproku_tal-jien_u_d-dinja_fir-rakkonti_ta_Pierre_J_Mejlak_2018.pdf
  Restricted Access
790.23 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.