Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/96710
Title: Rikonċiljazzjoni ma' Alla permezz tal-Knisja
Authors: Mallia, Carmelo (1977)
Keywords: Reconciliation -- Religious aspects -- Catholic Church
Salvation -- Catholic Church
Penance
Catholic Church -- Discipline
Issue Date: 1977
Citation: Mallia, C. (1977). Rikonċiljazzjoni ma' Alla permezz tal-Knisja (Diploma long essay).
Abstract: Jekk hawn ħaġa mportanti fid-dinja, din hi żgur is-salvazzjoni. Tant hija meħtieġa li minħabba fiha l-Iben ta' Alla, il-Kelma Nkarnata daħal fl-istorja umana bħala bniedem, għex, bata', miet u rxoxta. Illum nistgħu ngħidu li aħna salvatti permezz ta' Ġesu' Kristru. Kull ma jonqos biex din is-salvazzjoni tiġi issa effettwata, hu dak li għandu jagħmel il-bniedem. Ġesu', il-parti tiegħu għamilha. Ġie jagħti xhieda għall-Missier, uriena kemm Hu ħanin u ma ħallielna ebda dubju li Alla lest li jaħfrilna dnubietna. Dan it-twemmin, ħakem lill-insara sa mill-bidu u baqa' jiżviluppa saż-żminijiet tagħna bil-prattika u bit-tagħlim tal-Knisja. Ġew żminijiet li fihom il-prattika tal-Knisja kienet tidher iebsa u f'xi każi kienet tassew hekk; imma mal-medda taż-żmien saru żviluppi f'dik il-prattika dejjem kien meqjus bħala ta' mportanza kbira dak it-taħbit li bih wieħed kien jirnexxilu jaqla' l-mahfra. Nistgħu ngħidu anzi li dak it-taħbit kien mgħadud ferm aktar ta' utilita' mill-istqarrija tad-dnubiet. Il-Bibbja u l-kitba tal-Patres dejjem urew li Alla qiegħed jistenna bil-ħerqa li l-midneb jerġa lura biex issehh ir-rikonċiljazzjoni ma' Alla.
Description: DIP.S.TH.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/96710
Appears in Collections:Dissertations - FacThe - 1968-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
DIP.S.TH._Mallia Carmelo_1977.PDF
  Restricted Access
4.88 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.