Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/96990
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorAquilina, Toni-
dc.contributor.authorBezzina, Anne-Marie-
dc.contributor.authorBorg, Claudine-
dc.date.accessioned2022-06-02T14:29:18Z-
dc.date.available2022-06-02T14:29:18Z-
dc.date.issued2008-
dc.identifier.citationAquilina, T., Bezzina, A., & Borg, C. (2008). Théorie et pratique de la traduction littéraire français-maltais/ It-teorija u l-prattika tat-traduzzjoni letterarja Franċiż-Malti. Malta: Malta University Publishers.en_GB
dc.identifier.isbn9789990944372-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/96990-
dc.description.abstractXi drabi manwal jirrżulta li jkun minjiera tad-deheb għal udjenza ta' qarrejja ħafna aktar wiesgħa minn dik interessata biss li titgħallem il-ħila partikolari ttrattata mill-manwal ikkonċernat. Meta l-ħila mgħallma hija t-traduzzjoni, jekk il-manwal jilħaq l-għan tiegħu biżżejjed, huwa għandu jaffaxxina, per eżempju, lil filosfu, partikolarment jekk dan jemmen li fiċ-ċentru tal-filosfija bħala dixxiplina hemm is-suġġett tas-sinifikat ta' l-eżistenza u li din għandha rabta mill-qrib ma' l-analiżi tal-lingwa f'dik li hu metodoloġija. Meta l-ħila tiffaċilita li wieħed jifhem aħjar id-differenzi u l-analoġiji bejn il-lingwa tiegħu u dik ta' oħrajn, hija tgħaxxaq lil kulmin għandu għal qalbu l-identita nazzjonali u l-appartenenza għall-ġeneru uman. Impressjonajt ruħi mhux ftit bl-arja ta' stennija li mliet is-sala l-kbira fi Brussell fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew meta ġie mħabbar li jien se nagħmel diskors bil-Malti. Osservajt Ii ħafna minn dawk preżenti ppreferew joqgħodu jisimgħu l-intonazzjoni ta' l-ilsien Malti, anki jekk ma jifhmux, milli jisimgħu t-traduzzjoni simultanja f'ilsienhom. L-Għarbi jew kważi Għarbi sar lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea? Fil-realta l-Malti kemm huwa qrib ta' l-Għarbi? Kien kważi ovvju li mistoqsijiet bħal dawn kienu għaddejjin minn moħħ id-delegati miġbura hemm biex ifasslu abbozz ta' kostituzzjoni Ewropea. L-implikazzjonijiet tat-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u oħrajn simili huma kbar. Qisu I-argument li ġej. Ngħidu aħna Ii Wittgenstein kellu raġun isostni Ii meta tifhem lingwa tkun qed tifhem stil ta' ħajja. Ejja ngħidu wkoll li huwa possibbli tittraduċi mingħajr diffikuita kbira Isien li fih l-Għarbi huwa minn ta' I-anqas component bażiku u prinċipali fl-ilsna nattivi ta' kwazi l-Ewropej kollha. Joħroġ minn dan li jistgħu jiġu miċħuda bħala foloz ħafna mill-affermazzjonijiet politiċi, bħal dik li wasslet biex tfaqqa' taqbida fuq livell ta' ċiviltajiet bejn tal-Punent fuq naħa u dawk li jħaddnu lsien il-Qoran Imqaddes fuq l-oħra, minħabba l-impossibilta li jifhmu lil xulxin. Id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ma pprovokax biss żieda kbira fl-interess min-naħa tal-barranin fl-ilsien Malti iżda qanqal bosta Maltin biex jesplorawh b'modi li sa issa ma tantx kienu għadhom ġew indagati. Il-benefiċċji intellettwali u t-tegħlib tad-diffikultajiet marbuta mat-traduzzjoni minn lingwi oħrajn għall-Malti ġew esplorati qabel, prinċipalment fit-traduzzjonijiet tal-Bibbja u l-Liturġija. Kien hemm kisbiet kbar oħra f'dan il-qasam, bħat-traduzzjoni ta' Dante minn Erin Serracino Inglott u t-traduzzjonijiet li għamel Victor Xuereb ta' Omeru. Madankollu, il-ktieb li għandkom f'idejkom jiftaħ orizzonti ġodda f'zewġ direzzjonijiet billi jagħmel tentattiv sistematiku sabiex jiġu applikati lezzjonijiet fl-iżvilupp tat-teoriji ġenerali tat-traduzzjoni, speċifikament għat-traduzzjoni mill-Franċiz għall-Malti. L-ewwelnett, dan it-tentattiv involva l-integrazzjoni ta' l-analiżi msejsa kif imiss fuq il-karatteristiċi specifiċi ta' l-ilsien Franċiz ma' verżjonijiet tagħhom aktar sperimentali bil-Malti li jixbhu b'mod parzjali biss dawk ta' l-Għarbi. B 'xorti tajba, il-partijiet teoretiċi setgħu jinħadmu permezz ta' firxa wiesgħa ta' eżempji eċċelenti tal-ġeneri kollha - minn dak tekniku għal dak narrattiv u drammatiku sa dak poetiku – imħejjija minn Dr Toni Aquilina. It-tieninett, ħafna mis-siltiet huma meħudin minn awturi kontemporanji u innovattivi f'dak li hu stil mid-dinja Frankofona u għalhekk jistgħu jservu wkoll ta' bażi eċċellenti sabiex wieħed jiffamiljarizza ruħu ma' eżempji tal-kultura letterarja Franċiża ta' żminijietna. F'dan il-kuntest, filosofu ma jistax ma jfakkarx fit-teżi famuża ta' Quine li t-traduzzjoni transkulturali kienet impossibbli u t-tweġiba ta' Davidson li x-xebħ bażiku bejn il-bnedmin kollha jagħmilha possibbli, anki jekk sa ċertu limitu. Fil-fatt, it-traduzzjonijiet f'dan il-ktieb tfasslu b'mod tali li jippermettu lill-qarrej Malti jifhem kemm id-differenzi kif ukoll is-similaritajiet li għandu mal-Frankofoni, u r-riflessjoni teoretika dwarhom tgħinu jifhem aħjar in-natura tagħhom. Għarfien bħal dan sar għandu valur miżjud akbar mindu l-partecċipazzjoni tagħna f'affarijiet Ewropej ta' kull xorta saret aktar intensiva. Bla dubju, dan il-ktieb huwa għodda indispensabbli għall-istudenti Ii jidħlu fil-qasam pjuttost ġdid f'Malta tat-traduttoloġija, u wieħed jittama Ii jinħadmu manwali simili għat-traduzzjoni bil-Malti minn ilsna oħra li għalihom, ix-xogħol pijunieri ta' Dr Toni Aquilina u t-tim tiegħu ta' kollaboratriċi, Anne-Marie Bezzina u Claudine Borg, jipprovdi mudell siewi; iżda jiena daqstantieħor konvint li kull min jinteressah l-att ta' komunikazzjoni bejn il-bnedmin, kwestjoni ċentrali fil-politika u r-reliġjon, bil-lingwa bħala l-fulkru tagħha, b'xi mod jew ieħor se jiggwadanja mill-qari ta' dan il-manwal minkejja, jew aħjar minħabba l-ewwel u qabel kollox l-iskop prattiku tiegħu. [Daħla tal-ktirb minn Fr. Peter Serracino lnglott]en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherMalta University Publishersen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectFrench language -- Translating into Malteseen_GB
dc.subjectMaltese language -- Translating into Frenchen_GB
dc.subjectFrench literature -- Translations into Malteseen_GB
dc.subjectMaltese literature -- Translations into Frenchen_GB
dc.subjectLanguage and languages -- Study and teachingen_GB
dc.subjectTranslating and interpreting -- Study and teachingen_GB
dc.titleThéorie et pratique de la traduction littéraire français-maltais/ It-teorija u l-prattika tat-traduzzjoni letterarja Franċiż-Maltien_GB
dc.typebooken_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holderen_GB
dc.description.reviewedpeer-revieweden_GB
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtTTI

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Théorie_et_pratique_de_la_traduction_littéraire_Français_Maltais.pdf
  Restricted Access
13.88 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.