Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/97230
Title: | L-inkarnazzjoni : f'xi kitbiet ta' Dun Ġorġ Preca |
Authors: | Fenech, Joseph (1997) |
Keywords: | Preca, Ġorġ, Saint, 1880-1962 Catholic Church -- Catechisms Catholics -- Religious life -- Malta Society of Christian Doctrine (Malta) |
Issue Date: | 1997 |
Citation: | Fenech, J. (1997). L-inkarnazzjoni : f'xi kitbiet ta' Dun Ġorġ Preca (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Dun Gorg Preca beda l-ħidma tiegħu bhala saċerdot fil-bidu ta' seklu ġdid, is-seklu 20. Is-seklu Ii kien għadu kif ħareġ kien seklu ta' wara r-Rivoluzzjoni Franċia Ii xerdet bħal nar Ii ħa ma' kullimkien is-sens ta' nazzjonaliżmu, u ta' l-ideali rivuluzzjonarji. Kien is-seklu tal-Liberaliżmu u tar-Razzjonaliżmu. Lejn tmiem id-dsatax-il seklu, dehru filosfi Ii xerrdu filosofiji u prattiċi ateji bħal Ludwig Feuerbach, Friedrick Nietzsche, George Wilhelm Friedrich Hegel u Karl Marx. Bil-għajta favur id-dinjita tal-bniedem, ir-Razzjonaliżmu caħad kull tagħrif Ii ma jistax jiġi ppruvat u r-raġuni saret l-awtorita suprema. L-ideat ta' l-Illuminiżmu kienu xterdu ma' l-Ewropa kollha, waqt Ii s-seku tas-sillabu ta' Piju IX kien għdu jinħass. Malta wkoll, għalkemm gżira ma baqgħetx maqtugħa għal kollox minn dan il-kurrent. Minkejja r-Reliġjon Kattolika soda Ii kienet tikkaratterizzaha, ma naqsux elementi ta' idjoloġija illuminista. Mal-ftuħ tas-seklu f'Malta twaqqfet ix-Xirka ta' l-Imdawlin' u tad-Dimechjani. Il-bniedem wara dan il-movument kien Manuel Dimech. L-ideat illuministi bdew jixterdu wkoll permezz ta' gazzetti fosthom 'Il-Bandiera tal-Maltin'. Fl-1911, l-Isqof ta' Malta, Mons. Pietru Pace, ħareġ pastorali biex iwissi kontra dan it-tagħlim żbaljat. Fost dan it-tagħlim kien hemm punti Ii jirrigwardjaw il-persuna ta' Ġesu Kristu. 'U mhux Bambin lil dan sejjaħlu għax bambin dan qatt ma kien'. Dun Ġorġ fl-isfond ta' dan il-kurrent kien fl-ewwel snin tat-twaqqif ta' l- Għaqda tiegħu fost l-irġiel (1907) u fost in-nisa (1910). Kien jgħallem u jikteb biex mhux hiss isaħħaħ fil-fidi lill-membri u lill-poplu imma wkoll jagħmel lil tiegħu katekisti għal oħrajn. Dan jista' jispjega t-ton apoloġetiku qawwi fil-kitba tiegħu. Ir-ripetizzjoni ta' ċerti prinċipji u l-l-illustrazzjoni tal-ġrajjiet u l- ħafna kwotazzjonijiet kellhom ħsieb li jnisslu persważżjoni fil-fidi. Din il-kitba u l-predikazzjoni Dun Ġorġ kien jibniha fuq il-Kelma ta' l- Iskrittura. Il-kwotazzjonijiet meħudin bi traduzzjoni verbatim, mill-Vulgata bil-Latin. Huwa għaraf Ii l-kelma tħeġġeġ iżda ttir u ghalhekk dar ukoll ghallkitba Ii tibqa'. Huwa ried isostni 1-membri ta' 1-Ghaqda tieghu b'letteratura kateketika biex wara Ii jissaħħu huma jsaħħu lil dawk Ii jgħallmu. [...] |
Description: | B.A.RELIGIOUS STUD. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/97230 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacThe - 1968-2010 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
B.A.THEOLOGY_HUM.STUD._Fenech_Joseph_1997.pdf Restricted Access | 3.1 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.