Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/98973
Title: Diverġenzi u tilwim qabel ma' ġiet fis-sehh il-Liġi dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol (EIRA)
Authors: Rotin, Saviour (2004)
Keywords: Industrial relations -- Malta
Labor disputes -- Malta
Labor laws and legislation -- Malta
Issue Date: 2004
Citation: Rotin, S. (2004). Diverġenzi u tilwim qabel ma' ġiet fis-sehh il-Liġi dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol (EIRA) (Diploma long essay).
Abstract: Dan I-istudju huwa ntenzjonat sabiex iqabbeI u joħroġ id-differenzi fiI-Iiġi tax-xogħol, qabel u wara s-sena 2002. Fih ukoll l-iskop li janaliżża it-tibdil li kien hemm fiI-liġijiet industrijali li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-raġuni uffiċjali u fejn kien hemm, l- opinjonijiet tal-Imsieħba Soċjali. Bil-ħruġ ta' dokument imsejjaħ White Paper(Employment Relations Act, Industrial Relations Act), kien hemm iddikjarat li l-Gvern xtaq li l-Imsieħba Soċjali jsibu triq armonjuza u jibnu strutturi tajbin biex b'hekk jissaħħu I-Iiġijiet industrijali fil-pajjiż u anke minħabba sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Fir-Relazzjonijiet Industrijali nsibu tlett atturi prinċipali. Dawn huma I-Unions, illi l-għan prinċipali tagħhom huwa Ii jsaħħu u jtejjbu il-kundizzjonijiet tax-xogħoI tal-membri tagħhom biex dawn ta' l-aħħar ikollhom livell ta' għajxien aħjar; I-Employers illi l-għan tagħhom huwa li jinvestu (joħolqu x-xogħol) u jsibu sistemi aktar effiċjenti li jirrendilhom aktar profitti; u il-Gvern illi jagħmilha ta' arbitru bejn il-Unions u I-Employers biex il-pajjiż jimxi 'l quddiem. Barra min hekk, il-Gvern huwa wkoll l-akbar Employer fil-pajjiż. Fl-imgħoddi kellna żewg liġijiet li kienu jirregolaw il-qasam tax-xogħol u r-relazjonijiet bejn min iħaddem u l-ħaddiem. Dawn kienu il-Conditions of Employment Relations Act (CERA) li kienet tipprovdi l-kundizzjonijiet minimi tax-xogħol, u I-Industrial Relations Act (IRA) li tirregola strutturi u proċeduri ta' kif jissolvew konflitti li jinqalgħu bejn min jaħdem u min iħaddem. Sa minn żmien ilu, l-Imsieħba Soċjali bdew jiddiskutu dwar ċertu tibdil li kien hemm bżonn isir fil-liġijiet eżistenti, biss ftit li xejn sar. Bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kien hemm I-obbligu illi dan it-tibdil iseħħ. L-Imsieħba Socjali ħarsu lejn din il-White Paper, kullħadd mill-lenti tiegħu, u dan wassal għal nuqqas ta' qbil. Qamu ċertu issues li biex jiġu spjegati, irridu naraw kif kienet il-liġi originali, it-tibdil propost fil-White Paper, u kif ġiet il-liġi finali u fuq kollox il-kundizzjonijiet fejn l-Imsieħba joperaw u d-drawwiet u l-proċeduri Ii soltu jintuzaw. Każ tipiku huwa ż-żieda ta' nies Ii jaqaw taħt iI-Iista ta' Servizzi Essenzjali speċjalment fis-settur tas-saħħa, fejn insibu differenzi kbar bejn kif kienet iI-Iiġi, kif ġiet proponuta u kif finalment spiċċat meta ġiet fis-seħħ.
Description: DIP.SOC.STUD.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/98973
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtSoc - 1986-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
DIP.SOC.STUD._Rotin Saviour_2004.pdf
  Restricted Access
2.51 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.